Lokali

Binja ta’ Caritas fin-Naxxar li se tilqa’ nisa u żgħażagħ

Din hija binja li fiha se tkun qed tilqa’ madwar 14-il persuna b’mod temporanju sakemm isibu saqajhom.

Hekk spjega ma’ Net News id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt, hekk kif l-Erbgħa waranofsinhar kienet organizzata konferenza tal-aħbarijiet f’residenza fin-Naxxar li  hija operata proprju minn Caritas Malta.

Gatt saħaq li fiha din il-binja se tkun qed tilqa’ persuni li jkunu talbu l-għajnuna tas-servizzi ta’ Caritas jew ikunu temmew b’suċċess il-programm magħhom; iżda għal xi raġuni jew oħra ma jkollhomx saqaf fuq rashom.

Anthony Gatt spjega li se jkunu qed jilqgħu tal-inqas 14-il persuna b’mod partikolari ommijiet bit-tfal u żgħażagħ.

Huwa saħaq li l-binja inghatat lil Caritas b’xejn minn benefattriċi. U spjega wkoll li anke l-periti li qed jaħdmu fuq dan il-proġett għamlu dan mingħajr ħlas.