Lokali

“Intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies” – Alex Borg

Matul dawn il-mitt jum ħdimna biex nibnu Gvern alternattiv u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, u hekk se nkomplu nagħmlu.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq Campus FM,  meta kien mistoqsi fuq l-ewwel mitt jum tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dan filwaqt li sostna li dak kollu li wiegħed waaqt il-kampanja elettorali tiegħu huwa wettaq fosthom il-publikazzjoni tal-kotba finanzjari tal-Partit Nazzjonalista. U dan grazzi għat-tim dedikat li għandu miegħu.

Tenna li dawn l-assi huma kollha tal-PN u  ma nsterqu minn ghand hadd. Spejga kif anka fl-ahhar żewg maratoni ingabru miljun ewro. “Ha nara li kull sfida insolvuha”.

Intant, huwa kompla jisħaq  li hija kruċjali li niddiskutu flimkien fuq diversi issues fosthom tat-trasport tal-massa, u żvela li s’sissa ħadd mill-Gvern Laburista ma talab biex jiddiskuti miegħu.

Iżda fuq kollox huwa sostna li l-Partit Laburista mhux l-għaddu imma sempliciment l-avversarju.

Il-Kap tal-PN qal li se jkun qed jiltaqa ma’ kullħadd u għalhekk qed jagħmel outreach.