Futbol Sport

Juventus b’rebħa importanti fuq Roma

Fl-Allianz Stadium rebħa importanti għal Juventus fuq Roma bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Juventus li fetħu l-iskor fl-44 minuta meta Andre Cambiaso sab lil Francisco Conceicao li xeħet fi-xibka għal 1-0. Juventus irdoppjaw fis-70 minuta meta Weston McKennie sab lil Lois Openda li kkonkluda fix-xibka għal 2-0. Fil-75 minuta Roma naqqsu d-distkak b’gowl ta’ Tommaso Baldanzi liema gowl ma kienx biżżejjed għal Roma.

Riżultati: Lazio v Cremonese 0-0, Juventus v Roma 2-1