Mara ta’ 44 sena weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-11:00, fi Triq Sant’ Antnin, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti ż-Żejtun u BMW 118 misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Wied il-Għajn.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

