Valletta ……………. 1
Marsaxlokk ………. 0
Valletta: A.Aguero, S.Borg, A.Zammit, B.Paiber, J.Azzopardi, Y.Yankam, K.Brewer, E.Mbende, Y.Messias, S.Radic, E.Pinto Gomes
Marsaxlokk: C.Mafoumbi, W.Soares, E.Pepe, n.Muscat, T.Hama Jubhel, J.Corbolan, J.Minala, L.Aguirre, A.Ayom
Referee: G.Tonna
Assistenti Referees: M.Ciantar, A.Pavia
Fl-istadium nazzjonali f’Ta Qali rebħa minima ta’ 1-0 għal Valletta fuq Marsaxlokk biex b’hekk it-tim immexxi minn Thane Micallef żamm postu mal-ewwel erba’ timijiet fil-klassifika b’25 punt.
Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-67 minuta meta kien Brandon Paiber li sab lil Brewer Jr, li mill-cross tiegħu sab lil Yannick Yankam li bir-ras xeħet wara Christopher Mafoumbi, bil-gowl deċiżiv ikun biżejjed biex jagħti rebħa importanti lil Valletta.
Floriana ………………. 2
Sliema Wanderers …. 1
Floriana: G.Cioletti, E.Lopez, J.Grech, N.Varela, Z.Scerri, D.Vella, A.Mabea, O.Spiteri, M.Jah, J.Coelho, I.Perreira Mendonca
Sliema W: K.Agu, J.Borg, N.Frendo, A.Magri Overand, V.Plut, R.Prsa, G.Alcino, W.Matos Da Silva, T.Espindola, F.Gomes, M.Baggio
Referee: M.De Gabriele
Assistenti Referees: M.Scerri, S.Calleja
Fl-istadium Nazzjonali rebħa important għal Floriana bi skor ta’ 2-1 fuq ir-rivali antiki Sliema Wanderers. Permezz ta’ din ir-rebħa Floriana fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti f’ras il-klassifika. Floriana fil-vantaġġ wara 10 minuti meta ir-referee De Gabriele saffar għal penalty, fejn mill-ħdax-il metru kien Jake Grech li ma żbaljax għal 1-0.
Sliema spiċċaw b’għaxar plejers fit-36 minuta meta tkeċċa għalihom Alcino. Ftit wara Floriana rdoppjaw b’gowl ta’ Perreira Mendonca. Sliema naqqsu d-distakk fis-67 minuta meta kien Roko Prsa li mill-viċin xeħet wara Cioletti għal skor finali ta’ 2-1.
//= $special ?>

