Futbol Sport

Aston Villa jegħlbu lil Manchester United b’doppjetta ta’ Morgan Rodgers

F’Villa Park rebħa importanti għal Aston Villa fuq Manchester United bl-iskor ta 2-1. F’partita kombattuta kienu Aston Villa li fetħu l-iskor fi tmiem l-ewwel taqsima meta John McGinn sab lil Morgan Rodgers li tefa’ fix-xibka għal 1-0. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Man Utd kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Matheus Cunha. Biex fis-57 minuta reġa’ kien għal darb’oħra Morgan Rodgers li xeħet fix-xibka għat-tliet punti importanti biex żammew il-pass ma’ Manchester City u Arsenal.