L-aħħar partita minn Matchday 14 bejn iċ-champions Ħamrun Spartans u Birkirkara se tibda nofs siegħa tard. Dan wara li għal ħin twil l-uffiċjali tal-Malta Premier League, uffiċjali miż-żewġ clubs rispettivi kif ukoll ir-referee tal-partita Ismael Barbara spezzjonaw il-pitch li ma kienx f kundizzjoni li tintlagħab il-partita minħabba l-ammont ta’ xita li niżlet fil-gżejjer Maltin fl-aħħar siegħat.
NET Sports jinsab infurmat ukoll li kienet qed tiġi ikkunsidrata il-possibilta’ li l-partita tintlagħab nhar il-Erbgħa li ġej jew inkella li tintlagħab kif skedat iżda timxi għall-istadium nazzjonali. Madanakollu id-deċiżjoni finali kienet li tittardja b’nofs siegħa u tintlagħab fl-istadium nazzjonali kif skedat.
//= $special ?>

