Fil-jiem li għaddew il-Ministru Roderick Galdes qal lill-ġurnalisti li l-iżball li qed tagħmel il-media hu li qed tikkalkula biss id-dħul li għandu hu bħala Ministru, madanakollu qed tinjora l-fatt li hu miżżewweġ u hemm ukoll id-dħul tal-mara tiegħu.
Madanakollu huwa ppreċiża jgħid li mhux obbligat jiddikjara kemm għandha dħul martu, filwaqt li ma preċiżax jgħid jekk għandhomx kontijiet konġunti jew le. F’dak il-każ wieħed jasal għal konklużjoni li dawn il-kontijiet konġunti għandhom jiġu ddikjarati wkoll mill-istess Ministru.
Rapport mill-ġurnal Times of Malta spjega li returns tat-taxxa ta’ Galdes tal-aħħar 7 snin ma juru ebda sors alternattiv ta’ dħul ħlief is-salarju annwali tiegħu ta’ €60,000 bħala Ministru.
Dan kollu hekk kif il-Ministru tal-Housing qed iħabbat wiċċu ma’ diversi domandi dwar lista ta’ proprjetajiet li għandu f’Malta, Għawdex u l-Italja fost oħrajn.
Filwaqt li lill-ġurnalisti qalilhom li huwa intitolat għal ħajja privata ma jfissirx li l-poplu ma jistax jistaqsi għat-trasparenza minn naħa tiegħu.
Skont ħidma tat-Times, ir-returns tat-taxxa ta’ Galdes bejn l-2018 u l-2024 jelenkaw biss l-paga ministerjali.
Madanakollu bejn l-2014 u l-2017 kien hemm iddikjarati d-dħul tal-mara tiegħu li kien bejn ftit inqas l-€10,000 u €23,000.
Il-Minsitru Galdes mhux qiegħed iwieġeb għad-domandi li qed jibgħatulu l-ġurnalisti wara li l-Avukat Jason Azzopardi ressaq denunzja quddiem il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, b’rabta ma’ proprjetajiet li għandu.
//= $special ?>

