Futbol Sport

Ħamrun Spartans jiddominaw lil Birkirkara

Ritratt: Joseph Galea

Ħamrun Spartans ………… 6

Birkirkara …………………… 1

Ħamrun S: H.Bonello, R.Compri, S.Xerri, N.Garcia, J.Mbong, V.Polito, N.Koffi, E.Bruno, O.Bjelicic, M.El Fanis, E.Marcelina

Birkirkara: A.Martinez, F.Lopez, I.Morello, S.Dimech, K.Fenech, N.Micallef, D.Maydana, N.Cross, G.Acheampong, S.Makoma, L.Macula

Referee: I.Barbara

Assistenti Referees: L.Portelli, K.Saliba

Fl-Istadium Nazzjonali bil-partita tittardja b’nofs siegħa minħabba l-kundizzjoni tal-pitch wara x-xita qalila ta’ matul il-jum tal-Ħadd, kien Ħamrun li ddominaw lil Birkirkara u għelbuhom bl-iskor ta’ 6-1.

Wara li ddominaw l-ewwel mumenti tal-partita kienu Ħamrun Spartans li fetħu l-iskor meta minn cross mil-lemin ta’ Rafael Compri kien Mouad El Fanis li b’xutt fuq il-ġirja ikkonkluda b’mod preċiż fix-xibka għal 1-0.

Kontra x-xejra tal-logħob Birkirkara iġibu l-iskor indaqs proprju fi tmiem l-ewwel taqsima meta minn freekick ta’ Acheampong kien Stephane Macoma li waħdu żmarkat fil-kaxxa tefa’ wara Henry Bonello għal 1-1.

Fit-tieni taqsima Ħamrun dominanti fuq Birkirkara. Huma żiedu l-vantaġġ fil-50 minuta meta kien Matias Nicolas Garcia li xeħet fix-xibka għal 2-1. It-tielet gowl għal Ħamrun wasal fis-66 minuta minn N’Dri Koffi, qabel reġa’ kien Matias Garcia li skorja t-tieni gowl tiegħu u r-raba’ wieħed għal Ħamrun għal 4-1. Tliet minuti wara kien Joseph Mbong li skorja il-ħames gowl ta’ Ħamrun. Fit-88 minuta reġa’ kien N’Dri Koffi li skorja is-sitt gowl ta’ Ħamrun.