L-eluf tal-files inkwistjoni jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ Jeffrey Epstein, biljunarju u konsulent ta’ ħafna politiċi u personalitajiet kbar oħra fl-Istati Uniti li nstab ħati dwar it-traffikar u prostituzzjoni tal-minorenni kif ukoll dwar każi ċari ta’ pedofelija.
Mill-files rilaxxati, issa, ħarġu wkoll l-ismijiet u ritratti ta’ persuni ċelebri mhux biss mal-Amerikani iżda wkoll madwar id-dinja …Ismijiet li jinkludu l-eks-President Amerikan Bill Clinton, l-eks Prinċep Andrew tal-Ingilterra u l-kantanti Michael Jackson u Diana Ross….Dan, iżda, ma jfissirx li l-materjal jirrifletti xi forma uffiċjali ta’ ħtija għal dawn il-personalitjiet.
L-ewwel fażi tal-proċess għall-ħruġ tad-dokumenti seħħet minkejja li l-President DonaldTrump, xhur ilu, kien għamel minn kollox biex id-dokumenti ma jkunux klassifikati. Sadanittant, il-liġi kienet tirrikjedi biex id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan bilfors jippubblika l-materjal kollu relatat mal-każ ‘Epstein’ sal-aħħar ta’ nhar il-Ġimgħa.
Il-proċess, b’hekk, qed iqajjem l-għadab fost id-diżappunt ta’ ħafna Amerikani minħabba li nżammu numru ta’ paġni li jistgħu jixtħu dawl irrifjutabbli fuq l-aġir ta’ Epstein u l-ħbieb influwenti tiegħu, Dan ukoll meta ħafna materjal fid-dokumenti pubblikati baqa’ moħbi u ċensurat mingħajr l-ebda raġuni valida.
Id-deputati Amerikani li ilhom daqstant żmien jinsistu għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar Epstein qed jgħidu li d-Dipartiment tal-Ġustizzja mhux ikun sinċier fl-isforzi tiegħu…Oħrajn qed jgħidu fl-apert li ħafna mill-uffiċjali ma dan id-Dipartiment jistgħu qed jieħdu kull pass possibbli biex il-President Trump ma jintweriex f’dawl ħażin.
Fl-istess ħin, huwa fatt li mill-files ma ħareġ xejn inkriminanti dwar Trump inkella xi provi rrifjutabbli dwar xi imġieba ħażina jew inaċċettabbli min-naħa tal-President li għal 15-il sena kien ħabib u assoċjat ta’ Jeffrey Epstein…Il-biljunarju li nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs fejn kien qed jinżamm u li miegħu x’aktarx li mietu diversi sigrieti marbutin mal-każ.
Sadanittant, in-nuqqas ta’ trasparenza mid-Dipartiment għall-Ġustizzja qed ikompli jrewwħu temiet varji dwar xi kumplott — jew aħjar conspiracy theories.
Dan meta fil-preżent, uħud mill-vittmi abbużati ta’ Jeffrey Epstein – fosthom il-qraba ta’ Virginia Giuffre li kienet strumentali biex l-akkużi kontra l-biljunarju joħorġu fil-beraħ – qed jinsistu biex jaraw b’għajnejhom l-evidenza tar-reati kollha li saru waqt il-parties u riċevimenti oħra li Epstein, snin ilu, organizza għall-ħbieb sinjuri u influwenti.
U r-rabja qed tikber fost akkużi li d-Dipartiment Amerikan għall-Ġustizzja qed imur sfaċċatament kontra l-Att tat-Trasparenza relatat mal-Files ta’ Epstein minkejja li l-liġi tiddikjara biċ-ċar il-ħtieġa għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha, mingħajr eċċezzjoni.
//= $special ?>

