Is-sena li ġejja se tkun sena importanti għall-kontinent Ewropew.
Hekk iddikjarat il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola f’intervista li tat lil Net News wara l-aħħar sessjoni plenarja li saret fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Fejn Metsola tkellmet ma’ dan l-istazzjon dwar diversi temi kurrenti, u issues li jinteressaw liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Matul din l-intervista, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola semmiet kif mill-Unjoni Ewropea għadha tkompli tissaħħaħ il-vuċi tal-Maltin.
Barra minn hekk, Roberta Metsola saħqet ukoll dwar il-bżonn li jkun hemm paċi u stabbiltà fil-kontinent Ewropew matul is-sena l-ġdida; dan fid-dawl tal-gwerra li għadha għaddejja bħalissa fl-Ukrajna.
Intant, Net News staqsa lil Roberta Metsola dwar il-mitt jum ta’ Alex Borg bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn hi stess irrimarkat dwar l-impatt pożittiv li ħalla – kemm fuq il-partit u anke fuq il-pajjiż.
Fl-aħħar jiem, Alex Borg u Roberta Metsola indirizzaw is-summit tal-Partit Popolari Ewropew, li ukoll iffoka fuq temi importanti li bħalissa qed jaffaċja l-kontinent tagħna.
//= $special ?>

