Lokali

Numru kbir ta’ persuni jagħtu l-awgurju lil Alex Borg

Il-Ħadd filgħodu, kif inhi t-tradizzjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fetaħ il-biebien tal-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali biex flimkien jagħtu l-isbaħ xewqat lil xulxin għall-festa tal-Milied.

Numru mill-isbaħ ta’ familji, anzjani żgħażagħ, tfal u anke ħaddiema attendew għal din l-attività biex jiltaqgħu kemm mal-Kap tal-Partit Nazzjonalist Alex Borg kif ukoll ma’ Sarah. Fejn huma awgurawlhom Milied mill-isbaħ u irringrazjawh tal-ħidm akontinwa tiegħu bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonlista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg irringrazzja lil kull persuna li attendiet, fejn uħud minn dawn il-persuni anke taw xi rigali lill Alex Borg u l-Sarah. Dan filwaqt li wiegħed li se jkompli jaħdem u jisma lil kull persuna biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jikseb riżultati pożittivi.

Fost dawk li attendew kien hemm il-membri tal-amministrattiv,  tal-Partit Nazzjonlista fothom il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, u s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv  Stefan Caruana.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ta l-awguri sinċeira tiegħu lill Alex Borg u Sarah għal dan il-Milied. Hu rringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista tal-enerġiaj u l-entużjażmu tiegħu li deher evidenti fost il-folla kbira ta’ nies li nġabret fid-Dar Ċentrali biex tagħti l-awgurju tagħha. Fejn tenna li l-poplu qed iħossu parteċipi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Attendew ukoll numru ta’ rapreżentanti ta’ fergħat differenti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fosthom l-APAN, l-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista, l-MNPN, l-Elcom, t-Team PN Armar u Voluntiera kif ukoll l-MŻPN.

Dan flimkien ma’ diversi kumitati differenti, deputati, kandidati, u kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.