Lokali

“Partit Nazzjonalista li qed ikompli jisma’ lin-nies”

Kmieni din il-ġimgħa, Net News kien preżenti għall-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu fejn staqsejna lil MEPs David Casa u Peter Agius dwar il-mitt jum ta’ Alex Borg fit-tmexxija tal-PN.

Bl-Ewroparlamentari David Casa faħħar il-ħidma ta’ Alex Borg bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u saħaq illi l-PN qed ikompli jisma’ lin-nies.

Barra minn hekk, David Casa semma’ kif bit-tmexxija ta’ Alex Borg qed jinħolqu ideat u policies ġodda, u l-politika qed issir min-nies għan-nies, bin-numru ta’ żjarat li qed jagħmel Alex Borg fl-irħula Maltin u Għawdxin.  

Net News intervista ukoll lilll-MEP Peter Agius li tkellem dwar id-determinazzjoni tal-Kap tal-PN Alex Borg.

Hu semma’ ukoll l-element ta’ ottimiżmu u pożittività li ġab miegħu Alex Borg fil-PN, fejn saħaq illi huma bħala MEPs se jkomplu jappoġjaw lill-partit u lid-deputati kollha fil-ħidma li qed issir.

Dawn il-mitt jum ta’ Alex Borg fit-tmexxija tal-PN kienu mmarkati minn sens qawwi ta’ entużjażmu u ottimiżmu, hekk kif it-Tnejn li għadda quddiem id-Dar Ċentrali kien hemm ċelebrazzjoni mill-isbaħ li mmarkat dan it-tragward – deskritt minn Alex Borg stess bħala l-bidu ta’ kapitlu importanti għall-partit u għal pajjiżna.