Żagħżugħ ta’ 22 sena min-Naxxar jinsab l-isptar jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn Marokkin ta’ 53 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex. Dan filwaqt li żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Mellieħa u tfajla ta’ 19-il sena mir-Rabat Għawdex indarbu ħafif.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3am fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra Għawdex. B’sorsi li kienu fil-post qalulna li fiz-zona kien għaddej party, li għalih attendew diversi żgħażagħ – u kien eżatt wara dan il-party li l-karozza, misjuqa mill-barrani, baqgħet dieħla fuq in-nies.
Fil-post issejħu l-Pulizija u ambulanza, li ħadet liż-żgħażagħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn qed jingħataw l-attenzjoni medika.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

