Fi żmien il-Milied l-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi għadd ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dawn jibdew f’lejlet il-Milied u huma miftuħin għall-pubbliku.
L-Erbgħa, 24 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied u wara jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili f’lejlet il-Milied, fil-5:15pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Wara, fil-11:15pm, jibda l-Uffiċċju tal-Qari u kant ta’ għanjiet tal-Milied, u ssir l-prietka tat-tifel fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. F’nofsillejl, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar mill-11:30pm fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.
Il-Ħamis, 25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu f’Jum il-Milied fid-9:30am, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.
L-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem is-sena u fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. Din se ssir fis-5:45pm, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
ll-Ħadd 28 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-Ġublew f’Malta, fis6pm fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Din tixxandar fuq Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.
Il-Ħamis, l-1 ta’ Jannar 2025, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u fil-Jum Dinji tal-Paċi fid-9:30am, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.
ll-Ħadd 4 ta’ Jannar 2026, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-Epifanija tal-Mulej
fid-9:30am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.


