Internazzjonali

Fil-quċċatta tal-klassifika tal-2025: Diski rilaxxati fl-2024

Minn lola Young sa Bruno Mars l-quċċatta tal-klassifika tad-diski ta’ din is-sena hija fil-maġġoranza tagħha ddominata minn diski li ġew rillxxatti fis-sena preċidenti. Dan għajr għal ftit eċezzjonijiet fosthom id-diska li bħalissa tinsab fuq net tal-quċċatta. Id-diska Ordinary ta’ Alex Warren li qed tiġi meqjusa bħala l-ikbar diska ta’ din is-sena skond l-Official Charts tar-Renju Unit.

Ordinary hija segwita mid-diska Messy ta’ Lola Young, APT ta’ ROSE u Bruno Mars fit-tielet post, Pink Pony Club ta’ Chappel Roan fir-reba’ post u That’s so True ta’ Gracie Abrams fil-ħames post.

Bruno Mars kompla jiddomina s-sena 2025, permezz ta’ kolaborazzjoni tiegħu ma’ Lady Gaga u d-diska Die With a Smie.

Bil-kumplamet tal-ewwel 10 kanzunetti jkunu diski rlaxxatti fis-sena 2024, bid-diska Beautiful Things ta’ Benson Boon fis-seba post segwita minn Love me Not ta’ Ravyn Lenae, The Days ta’ Crystal u Birds of a Feather ta’ Billie Eilsih fl-10 post.

Ftit l-isfel minn nofs tal-klassifika fid-29 post hemm id-diska Azizam ta’ Ed Sheeran li kienet suċess kbir anka f’pajjiżna.

Segwita minn Manchild ta’ Sabrina Carpenter fi 30 post

Id-diska ta’ Sabrina Carpenter hija segwita minn diversi diski li ilhom snin li ġew rilaxxatti fosthom Mr Brightside tal-Killers, Iris ta’ Googoo Dolls u Dreams tal-Fleetwood mac.

Fis-37 post insibu diska Abracadabra ta’ Lady Gaga.

Filwaqt li fl-40 post hemm id-diksa Blessings ta’ Calvin Harris. U minkejja li Taylor Swift din is-sena rilaxxat album sħiħ, l-ebda diksa minn tagħha ma għamlitha mal-aqwa 40 fiċ-charts anka jekk f’Malta d-diska The Fate of Ophelia għamlet ħit.