Internazzjonali

Ġeneral Russu inqatel fi splużjoni f’Moska

Ġeneral Russu, inqatel fi splużjoni li laqtet lil Moska.

Kumitat Investigattiv Russu qal li dan l-uffiċjal Lt Gen Fafil Saravov li kien il-mexxej tal-forzi armati fid-dipartiment tat-taħriġ inqatel it-Tnejn filgħodu wara li splussiv li tpoġġa taħt karozza, sploda.

L-istess kumitat qal li qiegħed jikkunsidra l-possibiltà li l-Ukreni kienu involuti f’dan l-attakk. Min-naħa tagħha l-Ukrajna għada ma tat l-ebda kummenti.

L-investigaturi qegħdin fuq il-post jiprrovaw jistabbilixu d-dinamika ta’ dan l-inċident.