Is-sens ta’ solidarejtà, għaqda u tama qed jinħassu sew fil-kċina u l-kuruturi tas-Soup Kitchen fil-Belt Valletta, dan hekk kif il-preparamenti għall-ikla tal-Millied għaddejin ġmilhom.
Filwaqt li s-Soup Kitchen tofri ikla ta’ tliet platti kuljum lil dawk li jew ma għandhomx biex jixtru ikla bnina jew inkella li jinsabu weħidhom, fil-jum tal-Milied din l-ikla se tkun iktar speċjali.
Net News żar is-Soup Kitchen u tkellem ma’ Fr Marcellino illi spjegalna li din is-sena mistenija jattendu 150 persuna. U l-ikla tal-Milied se tinkludi soppa, Lasagania, koxxa tad-Dundjan u deżerta għal kull persuna.

Apparti li dawk li jattendi f’jum il-Milied jieklu ikla bnina u tajba flimkien, huma se jingħataw ukoll riġal ċkejken.
F’dan iż-żmien diversi persuni, ħaddiema u sidien ta’ kumpaniji jirrikoru lejn is-soup kitchen biex jagħtu d-donazzjonojiet tagħhom – fosthom ħwejjeġ, u anke kutri magħmula bl-idejn, b’ħafna mħabba.
Iżda mhux hekk biss, saħansitra anka t-tfal resqu lejn is-Soup Kitchen biex jagtħu donazzjoni ċkejkna li huma fadlu magħtul mill-pocket money tagħhom.



Dawn ir-riġali, se jkunu qed jibdew jitqassmu minn nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru. Fr Marcellino tenna li dawn ir-rigali jkunu prodotti tal-ogħla kwalità hekk kif min hu fil-bżonn ma jixraqlu xejn inqas mill-aqwa.
Intant, ta’ kuljum is-Soup Kitchen barra li tagħti ikla bnina wara nofsinhar tagħti wkoll packed lunches biex dawk li jattendu jkollhom ukoll xi ħaġa x’jieklu filgħaxija.







Dan apparti diversi servizzi oħra; inkluż servizz ta’ avukat u ta’ social worker.
//= $special ?>
