Il-Kummissarju Ingliż tat-Tfal, Dame Rachel de Souza, ħeġġet lill-ġenituri biex joqgħodu ‘l bogħod mill-mobile phones dan il-Milied, hekk kif kwotat il-preokkupazzjoni tat-tfal li l-ġenituri tagħhom il-ħin kollu jiskrollaw fuq il-mobile, fil-ħin meta l-familja suppost iqattgħu ħin flimkien.
Dame Rachel għamlett appell minn qalbha lill-familji biex jimplimentaw “ħin mingħajr telephones” u biex jistabbilixxu regoli fid-dar li japplikaw għal kulħadd, speċjalment għalihom, għaliex hi qalet li t-tfal jikkuppjaw dak li jagħmlu l-ġenituri.
L-istatistika tal-Ofcom turi li t-tfal ta’ bejn it-8 u l-14 il-sena, fl-Ingilterra qiegħdin iqattgħu 3 sigħat online kuljum, it-teenagers ta’ bejn it-13 u l-14 il-sena iqattgħu 4 sigħat online, filwaqt li l-adulti qiegħdin iqattgħu madwar 4 sigħat u nofs.
Il-kummissarju tat-Tfal Ingliż niedet gwida ġdida, “X’nixtieq li l-ġenituri tiegħi jkunu jafu” u offriet pariri fuq is-sigurta’online u t-tul ta’ ħin fuq l-iscreen, filwaqt li enfażiżżat li r-rwol tal-ġenituri dwar is-sigurta’ u ħin online, ma tistax titfarrar mir-responsabbilta’ tagħħhom u jiġi delegat lill-ħaddieħor.
//= $special ?>

