Lokali

Inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa; raġel jittieħed l-Isptar

Raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni.

Kollox jindika li l-persuna kienet xurbana u għalhekk spiċċat waqgħet f’din is-sit ta’ kostuzzjoni.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Triq il-Kbira il-Mellieħa, u fil-post isejjaħ tim mediku ta’ ambulanza kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija.

It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin kaġun tal-inċident.

S’issa għadha mhux magħrufa l-identita ta’ dan ir-raġel u l-kundizzjoni.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.