Lokali

Raġel ta’ 43 sena jweġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa waqt li kien xurban

Raġel ta’ 43 sena residenti l-Għargħur weġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni għal ħabta tal-4:00am fil-Mellieħa.

Kollox jindika li l-persuna kienet xurbana, daħal f’sit li jinsab taħt kostruzzjoni u waqa’, b’riżultat li weġġa’ gravi. Kien għalekk li tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-inċident seħħ fis-seigħat bikrin ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira il-Mellieħa, u fil-post isejjaħ tim mediku ta’ ambulanza kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija li kkontrollaw it-traffiku, wara li t-triq kellha tingħalaq għal xi ħin kaġun tal-istess inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.