Lokali

Aġġornata: Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li weġġa f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun

Catriel Farrugia

Ħaddiem li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun ittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li weġġa.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:15 fi Triq il-Kanonku.

Minħabba dan l-inċident, diversi toroq fiz-zona kellhom jingħalqu temporanjament.

Fil-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza, kif ukollmembri tal-Protezzjoni Ċivili u Uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ritratt: Catriel Farrugia