Eġizzjan ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ meta waqa’ madwar tliet sular waqt li kien
qiegħed jaħdem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 am fi Triq Kanonku Bonnici, Santa Venera.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u
ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, irraġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex
jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-
Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.



