Colin Schembri
Luxol Sherries Estates……..73
Starlites Revive………………105
(19-27)(10-25)(14-27)(30-26)
Starlites Revive għalqu s-sena b’rebħa kontra Luxol Sherries Estates 105-73. Bħas-soltu, Starlites kellhom kontribut qawwi mill-bank (45 punt kontra 10) u punti minn fast breaks, fejn Starlites skorjaw 32 punt. Differenza oħra kienet fil-punti minn turnovers, b’Starlites jieħdu vantaġġ kbir ta’ 33 punt, filwaqt li Luxol waqfu fuq 8 biss. Luxol kienu mingħajr Dominic Tomasi u inkludew lil Eric Fenech Pace fil-waqt li għal Starlites kien nieqes l-Amerikan Jackson Threadgill għalkemm kien fuq il-bank. Il-logħba kellha bidu veloċi bi trippli fuq kull naħa minn Miguel Brincat għal Luxol u Ian Felice Pace u Musa Jallow għal Starlites. Punti minn Isaac Azzopardi u u Jayden Johnson għamlu l-iskor indaqs 14-14 qabel ma Starlites għamlu run ta’ 9-0 kważi kollha minn Travis Fee. Johnson ukoll għamel trippla għal Luxol però Starlites temmew it-taqsima 27-19 minn fuq. Starlites kellhom bidu qawwi għat-tieni taqsima fejn, wara li Burke Smith għamel żewġ free-throws, huma għamlu run ta’ 13-0 bi trippli ta’ Miguel Fabri, Jallow u Fee. Luxol ippruvaw jirkupraw permezz ta’ Nathan Xuereb u Adam Azzopardi però Starlites kellhom aktar trippli din id-darba minn Matthew Scerri għal skor ta 52-29.
L-andament tal-partita baqa l-istess ankè fit-tielet sessjoni bil-Luxol jitilfu lil Nathan Xuereb b’injury. Starlites kellhom run ta 15-5 b’diversi punti ta’ Iturmendi u Scerri. Fee u Jallow ukoll komplew ikabbru l-punteġġ għal skor ta’ 67-34. Fee u Fabri kellhom żewġ trippli u wara li Brincat ukoll għamel oħra għal Luxol, Starlites għamlu 4 baskets wara xulxin għal skor ta’ 79-43. Fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni it-trippli ta’ Starlites ma waqfux għalkemm Luxol irnexxielhom jagħmlu break ta’ 10-1. Starlites malajr irrispondew b’żewġ trippli minn M. Fabri u Zac Said Hollier u dunk ta’ Jallow għaqqditilhom il-mitt punt. Kien għad fadal ħin għal trippla oħra fuq kull naħa hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 105-73.
Luxol Sherries Estates: A. Azzopardi 2, I. Azzopardi 2, N. Xuereb 2, J. Johnson 25, M. Brincat 14, B. Smith 20, S. Capello 8, S. Marra, E. Fenech Pace.
Starlites Revive: A. Felice Pace 2, K. Fabri 3, T. Fee 21, A. Aquilina 2, G. Camilleri, I. Felice Pace 7, M. Fabri 10, Z. Said Hollier 6, M. Scerri 13, J. Iturmendi 16, M. Jallow 27.
Referees: Nestor Rincon, Leonardo Silvero, Bernard Vassallo.
The Plaza Depiro…….89
Valletta Dream………..93
(26-24)(18-28)(17-21)(28-20)
Valletta Dream temmew l-2025 b’rebħa importanti ta’ 93–89 kontra The Plaza Depiro f’partita bilanċjata li rat ħafna tibdil fil-vantaġġ u li ġiet deċiża fl-aħħar sekondi. Valletta kienu aktar effiċjenti fil-mumenti kruċjali, b’43% shooting miż-żona u persentaġġ aħjar mill-free throws (23 minn 28), fattur li għamel id-differenza fl-aħħar minuti. Depiro, minkejja li skorjaw 26 punt minn turnovers u żammew il-partita miftuħa b’diversi runs, ma rnexxilhomx jikkapitalizzaw biżżejjed fuq il-veloċità tagħhom, speċjalment meta Valletta fetħu vantaġġ doppju fit-tielet sessjoni. Ir-rebounds kienu relattivament bilanċjati (50–46 għal Valletta), iżda l-kontroll aħjar tal-pussess fil-mumenti finali wasslu biex il-Belt joħorġu rebbieħa minn konfront intens li ra 13-il tibdil fil-vantaġġ. Valletta ħadu l-ewwel vantaġġ permezz ta’ Eugene Campbell bid-Depiro jirrispondu bil-punti ta’ Nikola Bozovic u trippla ta’ Jean Paul Schembri. Campbell ukoll għamel trippla għal Valletta però Depiro marru fuq quddiem wara punti ta’ Sean Galea b’żewġ three pointers 17-13. Valletta wieġbu bi break ta’ 8-0 bi trippla ta’ Kieron Caruana però Depiro qalbu l-iskor sa’ tmiem is-sessjoni 26-24. Valletta reġgħu marru fuq quddiem kif fetħet it-tieni taqsima għalkemm Depiro malajr wieġbu bit-trippli ta’ Bozovic u Jean Paul Schembri. Wara time-out minn Harry Savaya, Valletta kellhom mument tajjeb b’diversi punti minn Campbell u trippli ta’ Caruana. Minkejja li Depiro reġgħu irrispondew bi trippli għal darb’oħra minn idejn Schembri u Bozovic, ma kienux biżżejjed biex jerġgħu jieħdu l-vantaġġ u Valletta daħlu jistrieħu 52-44 minn fuq.
Depiro dehru se jirkupraw kif bdiet it-tielet sessjoni b’żewġ baskets konsekuttivi però Valletta wieġbu bi break ta’ 9-2 u f’nofs is-sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 16-il punt 67-51. Campbell u Murray komplew ikunu l-aktar attivi fl-attakk ta’ Valletta qabel ma Galea għamel trippla għal Depiro. Lejn tmiem il-perjodu, Trevon Reddish għamel 5 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 61-73. Valletta kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni però hawn Depiro kellhom run ta’ 9-0 mibdija bi trippla ta’ Cornelius u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod. Valletta ħadu ftit tan-nifs bi trippli ta’ Caruana u Murray però Depiro baqgħu jagħfsu u trippla ta’ Schembri u punti ta’ Reddish ħallewhom viċin. Murray għamel trippla qabel bdiet id-disa’ minuta però Reddish ma ċediex u kompla jħalli lil Depiro jittamaw b’40 sekonda għat-tmiem u distakk ta’ 4 punti. Fil-fatt fl-attakk ta’ wara Cornelius ippareġja b’azzjoni ta’ 4 punti 89-89 b’24 sekonda għat-tmiem. Campbell reġa poġġa lil Valletta minn fuq u n-naħa l-oħra Reddish falla ċans doppju biex ir-rebħa marret għand Valletta fuq skor ta’ 93-89.
The Plaza Depiro: S. Galea 17, T. Reddish 24, J. Micallef, N. Zivkovic, L. Stefanovic, JP Schembri 18, A. Trapani 1, M. Sammut, C. Cornelius 11, M. Debattista, N. Bozovic 18.
Valletta Dream: F. Mifsud Bonnici 9, K. Caruana 21, E. Campbell 35, S. Vincic 2, T. Murray 24, C. Penaloza 2, M. Rieger
Referees: Fiorentina Ciurariu, Jacques Siefert, Bernard Vassallo.
Hibernians……………102
Athleta AtoZ…………67
(22-19)(28-10)(32-21)(20-17)
Fit-tielet sessjoni, l-logħob reġa’ kien maqsum bil-punti jiġu regolarment fuq iż-żewġ naħat. Athleta kellhom it-trippli minn Duffy u Isaac Bonett bil-Hibs jirrispondu bi break ta’ 8-2. Goodman irrisponda għall-Athleta bi trippla però Hibs ghalqu bi break ta’ 10-2 bi trippli minn Neil Cassar u Jackson għal skor ta’ 82-50. Athleta bdew l-aħħar taqsima b’żewġ baskets minn Luca Borg u ieħor ta’ Goodman qabel ma Cassar wieġeb għal Hibs. Hibs komplew bi trippli ta’ Stelmach u Teo Gjurovski biex f’nofs it-taqsima l-vantaġġ ta’ Hibs kien ta’ 35 punt 95-60. Stelmach għamel l-aħħar trippla tal-partita hekk kif Hibs għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Ajiboye biex rebħu l-partita 102-67.
Hibernians: N. Cassar 7, E. Simmons 11, A. Ajiboye 12, L. Attard 2, P. Stelmach 10, V. Kustudija, D. Jackson 20, M. Attard 4, T. Gjurovski 6, I. Demcesen 22, S. Simic 8.
Athleta AtoZ: K. Fabri 4, M. Duffy 3, S. Ebelashvili 12, R. Vitale 4, I. Bonnett 7, D. Goodman 24, M. Spiteri, I. Medved 5, L. Borg 6, J. Cefai 2.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Andre Attard, Nelson Da Silva
//= $special ?>

