Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Rebħa drammatika għal Caffè Moak Luxol

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Hibernians…………..96

Valletta Dream……35

(25-4)(21-13)(19-9)(31-9)

Hibernians għamluhom sitta minn sitta fil-kampjonat wara li għelbu lil Valletta Dream 96-35 . Din kienet it-tielet rebħa tal-Pawlisti fuq il-Beltin hekk kif diġa rebħulhom fis-shield u fl-ewwel round. Ftit li xejn hemm xi tgħid fuq din il-partita hekk kif Valletta kienu biss b’ħames players, xi ħaġa li mhix ta’ livell ta’ kampjonat nazzjonali. Hibs iddominaw l-ewwel sessjoni li rebħu bi skor ta’ 25-4. Fost l-oħrajn huma kellhom trippli minn Steffi De Martino, Andie Saliba u Josephine Diaby u basket ta’ Sasha Lecuyer. Il-punti ta’ Valletta ġew minn Marie Elise Pollaco u basket ta’ Adriana Caballero. Fit-tieni taqsima, Valletta qasmu l-logħob hekk kif kellhom il-punti minn Hayley Grixti u Caballero. Hibs kellhom trippla ta’ Hayley Macleod u run ta’ 14-4 b’punti minn De Martino, Lecuyer u Naomi Farrugia biex daħlu jistrieħu 46-17 minn fuq.

Fit-tielet taqsima wara basket fuq kull naħa, Hibs kellhom sitt punti mingħajr risposta u kellhom ukoll aktar trippli minn Lecuyer u tnejn ta’ De Martino għal skor ta’ 65-26. Fl-aħħar sessjoni, Hibs għamlu 30 punt konsekuttiv fl-ewwel 8 minuti bi trippli ta’- Michela Marmara u baskets minn Marie Buhagiar u Lara Micallef fost l-oħrajn. Aleksandra Nikishina għamlet l-ewwel basket tal-Valletta biex kienet l-unika player b’punteġġ b’figuri doppji hekk kif De Martino għamlet żewġ trippli oħra u Hibernians rebħu l-partita 96-35.

Hibernians: M. Buhagiar 2, L. Micallef 4, I. Agius 3, S. Lecuyer 7, A. Saliba 12, M. Bonett, S. De Martino 26, M. Marmara 8, N. Farrugia 2, H. Macleod 9, J. Diaby 15, K. Sammut 8.

Valletta: E.M. Pollacco 8, A. Caballero 7, H. Grixti 2, M. Mifsud 2, A. Nikishina 16.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Leonardo Silvero.

Betsson Depiro…….87

Athleta…………………41

(23-14)(24-11)(19-10)(21-6)

Betsson Depiro wieġbu għar-rebħa ta’ Hibs meta għelbu lil Athleta 87-41.Fost l-oħrajn, Depiro kienu superjuri taħt il-boards fejn kellhom 66 rebound kontra it-38 ta’ Athleta. Athleta kellhom 34 turnover li minnhom sofrew 32 punt. Depiro kienu mingħajr Julia Borg Xerri u Claire Privitera però ġiet magħżulha għall-ewwel darba il-player promettenti Claire Portelli fl-eta ta’ 15-il sena. Portelli rebħet diversi unuri individwali l-aktar riċenti jkun il-player tas-sena taħt is-16-il sena u d-debutt tagħha kien immarkat b’6 punti, 7 rebounds, 2 assists u 2 steals f’sittax -il minuta. Athleta kieu mingħajr Kristy Caruana u ntroduċew lil Miljana Coric. Depiro bdew il-partita b’run ta’ 12-3 bil-punti ta’ Sophie Abela, Lovely Sonnier, Neve Borg u Julia Borg. Kaya Calleja u Nicole Vella kellhom trippla għall-Athleta qabel ma Depiro kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Samira Deguara u Hannah Farag. Depiro komplew bil-punti ta’ Abela għal skor ta’ 23-14. Fit-tieni perjodu, Calleja għamlet trippla oħra għall-Athleta għalkemm Depiro wkoll komplew jirrispondu permezz ta’ N. Borg, Sonnier u l-ewwel punti ta’ Portelli. Wara trippla fuq kull naħa minn Deguara u Calleja, Depiro għalqu t-taqsima bi tlett baskets konsekuttivi għal skor ta’ 47-25.

It-tielet taqsima fetħet bir-raba’ trippla ta’ Calleja però Depiro kellhom run ta’  15-2 b’diversi punti ta’ N. Borg u Nicole Agius fost l-oħrajn. Julia Borg għamlet trippla għal Depiro qabel intemmet is-sessjoni fuq skor ta’ 66-35.Fl-aħħar taqsima spikkat run ta’ 17-1 minn Depiro bi trippla ta’ Agius u punti minn Farag u Jasmine Mallia. Athleta kellhom baskets minn Kelsey Abela u Anthea Micallef bid-Depiro jagħlqu l-partita bl-aħħar basket ta’ Farag għal skor finali ta’ 87-41.

Betsson Depiro: S. Abela 6, K. Fenech Ishmael 1, N. Agius 7, C. Portelli 6,J. Mallia 5, C. Fenech, J. Borg 14, N. Borg 14, L. Sonnier 18, M. Borg, S. Deguara 5, H. Farag 11.

Athleta: E. Farrugia, J. Schembri 2, N. Vella 11, K. Calleja 12 , A. Micallef 4, J. Micallef 4, Ke. Abela 3, S. Vella 18, Ka. Abela, L. Camilleri 5, M. Coric.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Andre Attard.

Caffè Moak Luxol……61

Starlites Revive………59

(12-21)(16-15)(19-12)(14-11)

Caffe Moak Luxol ħarġu rebbieħa f’partita ferm missielta kontra Starlites Revive li dehret destinata li tintemm b’differenza minima. Wara diversi bidliet fil-vantaġġ u mumenti ta’ tensjoni sa’ tmiem il-logħba, il-verdett wasal fl-aħħar sekondi meta Olivia Wikstrom sabet il-basket tar-rebħa tliet sekondi mit-tmiem, li ta vantaġġ deċiżiv lil Luxol. Iż- żewġ timijiet kienu qrib ħafna fl-istatistika ġenerali, b’kontribuzzjoni tajba kemm mill-ħamsa inizjali kif ukoll mill-bank, u l-partita baqgħet miftuħa sal-aħħar. Luxol irkupraw lil Sarah Fenech Pace fil-waqt lil għal Starlites kienet nieqsa Ylenia Ferrando. Starlites bdew il-partita b’run ta’ 8-2 b’punti minn Georgia Haverlock, Catherine Cilia u Philippa Riolo. Luxol kellhom risposta minn S. Fenech Pace u Olivia Wikstrom qabel ma Mikela Riolo kisbet trippla għal Starlites f’run ta’ 10-0. Luxol kellhom trippla minn Eve Axisa għal skor ta’  12-21. It-tieni taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet fejn wara li Starlites kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Haverlock, Luxol kellhom il-punti ta’ S. Fenech Pace. Starlites għamlu run ta’ 8-2 bi trippla ta’ Haverlock u fetħu distakk ta’ 16-il punt 36-20. Luxol ġew lura bi trippla ta’ Wikstrom f’run ta’ 8-0 biex fl-intervall il-vantaġġ ta’ Starlites niżel għal 8 punti 28-36.

Fit-tielet sessjoni, Luxol ħarġu biex ikomplu r-rimonta tagħhom fejn bdew b’run ta’ 8-2 u waslu sa’ basket ‘l bogħod 36-38 b’Christina Curmi ssejjaħ time-out. Wikstrom għamlet l-iskor indaqs fl-attakk ta’ wara qabel ma P. Riolo poġġiet lil Starlites minn fuq għal darb’oħra. L-istess player kompliet bi trippla però għal darbtejn oħra Luxol irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs. M. Riolo wkoll kellha trippla però Wisktrom u Jada Said żammew lil Luxol punt ‘l bogħod fi tmiem il-perjodu 47-48. Fl-aħħar taqsima Luxol tħabtu biex imorru minn fuq u wara trippla ta’ Gwenn Carabott, irnexxielhom jagħmlu dan fil-bidu tar-raba’ minuta 52-51. Luxol immexxija minn Wikstrom reġgħu ippareġjaw b’inqas minn 3 minuti għat-tmiem il-partita. Qabel bdiet l-aħħar minuta kien hemm trippla fuq kull naħa minn M. Riolo u Axisa u wara turnover fuq kull naħa, Wikstrom għamlet il-basket deċisiv fl-aħħar żewġ sekondi biex Luxol ħarġu rebbieħa 61-59.

Caffè Moak Luxol: G. Carabott 6, K. Magro, E. Axisa 6, L. Fenech Pace, H. Galea, R. Fenech Pace, A. Xuereb, J. Said 2, E. Abela, S. Fenech Pace 18, O. Wikstrom 29, S. Sciberras.

Starlites Revive: M. Riolo 13, C. Cilia 4, P. Riolo 15, A. Cassar Seguna, S. Abugrin, M. Fenech 5, R. Naudi 2, G. Haverlock 20, J. Formosa, L. M. Zammit, K. Gatt, B. Sciberras.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Jacques Siefert