Agressur li allegatament wettaq l-attkk qattieli waqt festival tal-Lhud f’Bondi Beach il-ġimgħa li għaddiet, kien tefgħa erba’ splussivi li ma splodewx fil-bidu ta’ dan l-attakk.
B’wieħed minn dawn l-isplussivi jkun ballun tat-tennis.
Dan kollu sar magħruf minn dokumenti ġodda li għaddhom kemm ġew rillaxatti.
Naveed Akram ta’ 24 sena, qiegħed jiġi akkużat bi 15-il akkuża ta’ qtil relatti ma’ dan l-attakk fuq ċelebrazzjoni tal-Hannukah fl-14 ta’ Diċembru. Huwa inħareġ mill-isptar t-Tnejn flgħodu u ttieħed il-ħabs.
Dan filwaqt li l-persuna l-oħra involuta f’dan l-attakk, missieru Sajid Akram kien maqtul fil-post.
Jidher li flimkien il-missier u l-iben kienu irrekordjaw filmat tagħhom lura f’Ottubru fejn jidhru quddiem il-bandiera tal-Istat Iżlamiku.
Bil-Pulizija jiżvelaw li dawn it-tejn kienu pjanaw dan l-attakk malizjuż għal diversi xhur, b’filmati li nstabu fuq il-mobile ta’ Naveed jindikaw li huma kienu motivati minn ideoloġiji estremisti relatati mal-grupp Islamic State.
//= $special ?>

