Sport

L-ewwel rebħa għal Fiorentina u Atalanta jirbħu fl-aħħar

Fiorentina   5    Udinese     1

Wara 16 il-partita Fiorentina kisbu l-ewwel rebħa fil-Kampjonat fejn xorta baqgħu fl-aħħar post fil-klassifika b’9 punti.

Wara biss 8 minuti l-partita ħadet xejra differenti wara li Maurizio Mariani keċċa b’karta ħamra diretta lil goalkeeper ta’ Udinese Maduka Okoye. Floku daħal Razvan Sava li fil-21 minuta safa’ megħlub minn ROLANDO MANDRAGORA minn pass ta’ Nicolo’ Fagioli. Fit-42 minuta kien ALBERT GUDMUNDSSON li rdoppja minn azzjoni ta’ Fabiano Parisi sabiex tliet minuti wara minn pass ta’ Fagioli kien CHER NDOUR li għeleb lil Sava għat 3 – 0 .

Fis-56 minuta l-iskor sar 4 – 0 permezz ta’ MOISE KEAN sabiex wara li fis-66 minuta OUMAR SOLET għeleb lil David De Gea biex naqqas l-iskor għal 4 – 1, żewġ minuti wara kien mill-ġdid MOISE KEAN li għeleb lil Razvan Sava biex għalaq il-partita 5 – 1 .

Genoa  0          Atalanta   1

Gowl fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud kien biżżejjed biex Atalanta kisbu l-ħames rebħa biex bi 22 punt telgħu fid-disa’ post u nifs għal Raffaele Palladino wara serje ta’ riżultati negattivi. Genoa f’partita b’10 plejers b’din it-telfa baqgħu fis-17 il-post b’14 il-punt daqs Parma.

Wara biss tliet minuti Genoa kostretti li jkomplu bi plejer anqas wara li Rosario Abisso keċċa lil goalkeeper Nicola Leali wara foul fuq Daniel Maldini. Floku daħal Daniele Sommariva fil-lasti fejn minkejja pussess sa 65% ta’ Atalanta, Genoa b’xi mod żammew l-iskor intatt sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Atalanta li iżda kien biss fl-94 minuta li skorjaw il-gowl deċiżiv meta minn corner ta’ Nicola Zalewski kien id-difensur ISAK HIEN li bir-ras għeleb lil Sommariva.

Eżatt mal-gowl intemmet il-partita.

—————————————————–