Il-Parlament għal darb’oħra qed jospita esebizzjoni ta’ 100 biċċa xogħol ta’ arti, fejn kull biċċa se tkun qed tiġi irkantata b’risq id-Dar tal-Providenza.
B’kollox fil-foyer tal-Parlament hemm iktar minn 100 biċċa ta’ arti differenti – minn tpinġija bil-watercolours, għal tpinġija bl-inka, tpinġija astratta kif ukoll opri ta’ xenarji realistiċi. Dan apparti arti ta’ skultura fil-ġebel.

Dawn il-biċċiet ta’ arti ingħataw minn diversi artisti <altin u internazzjonali kompletament b’xejn, u fost dawn l-artisti hemm Tonio Mercieca li jpenġi b’ħalqu – u li huwa wkoll residenti fil-Qawra, f’wieħed mill-postijiet li tmexxi d-Dar tal-Providenza.
L-esebizzjoni taħt il-patronċinju tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anglu Farrugia infetħet fil-15 ta’ Diċembru u se tibqa miftuħa sas-26 tax-xahar.
L-Ispeaker ilu joffri dan l-ispazzju lid-Dar tal-Providenza għal dawn l-aħħar disa’ snin u b’kollox tul dawn is-snin inġabret is-somma ta’ €350,400 . Is-sena li għaddiet biss kienet inġabret is-somma rekord ta’ €42,000.

L-irkant din is-sena se jsir online nhar l-ewwel tas-sena propju fil-jum li fih tkun għaddejja il-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq id-Dar tal-Providenza bl-isem ta’ ‘Festa ta’ Ġenerożita’ – maratona li se tixxandar ukoll fuq Net Television.





Din is-sena l-irkant se jkun qed jitmexxa minn Joseph Sammut ta’ Belgravia Auctions. U l-Festa ta’ Ġenerożita se tibda’ fis-9:30 ta’ filgħodu bil-quddiesa u wara jingħata bidu għall-ġbir fl-10am – bix-xandira tibqa’ għaddejja sa nofsilejl.
Din is-sena d-Dar tal-Providenza ġiet onorata bil-midalja tal-‘Qadi tar-Repubblika’ mogħtija mill-President ta’ Malta.
//= $special ?>
