Lokali

Milied 2025: L-ispirtu ta’ Festi fl-aqwa tiegħu

“Inizjattivi li jesebixxu l-arti kulinarja u li jkomplu jdaħluna f’dan l-ispirtu sabiħ tal-Milied”

Hekk stqarret Sarah Bajada f’kummenti lil Net News wara żjara li għamlet f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan sabiex tkun tista’ tara meravilja artistika b’iktar minn 13-il binja, 40 kilogramma ta’ icing, u 60 kilogramma ta’ sugar paste.

Din hija l-attrazzjoni għall-Milied ta’ din is-sena, frott l-idea tax-Chef Joseph Galea u l-ħidma tat-tim fil-kċina tal-lukanda Westin, taħt it-tmexija tal-Head Chef Daniel Debattista.

Sarah Bajada saħqet li dan il-Villaġġ tal-Milied maħgmul kollu mill-ħelu juri l-element artistiku ta’ dawn ix-chefs. Hi ħadet l-okkażjoni biex tirringrazzja lil dawk kollha li għenu fit-tfassil ta’ din l-idea festiva.

Min naħa tiegħu, Joseph Galea – il-moħħ wara dan il-villaġġ tal-Milied – saħaq li ilu jtella’ xogħlijiet bħal dawn għal dawn l-aħħar 18-il sena. Iżda kull sena jipprova jinkludi xi element ġdid.

Sarah Bajada żaret wkoll bosta ħaddiema oħra li jkunu għaddejjin bla waqfien f’dan iż-żmien tas-sena. Filwaqt li rringrazjathom tad-dedikazzjoni tagħhom, anke għal fatt li f’dawn iż-żminijiet ħafna jqattgħu ħin mal-għeżież tagħhom – meta dawk li jaħdmu fis-settur tal-catering jkollhom jagħmlu sagrifiċċji akbar biex joffru servizz lill-Maltin u t-turisti.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo