Futbol Sport

Napoli jirbħu is-Super Coppa Taljana wara li għelbu lil Bologna fil-finali

Napoli rebħu is-SuperCoppa Taljana wara li fil-finali għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 2-0. Wara 11-il sena Napoli reġgħu rebħu dan l-unur għat-tielet darba fl-istorja tagħhom. Dan kien ukoll it-tieni unur tal-kowċ Antonio Conte mal-club wara s-suċċess li kellu fir-rebħ tal-iScudetto l-istaġun li għadda.

B’Napoli prattikament jiddominaw il-partita mill-bidu sat-tmiem kien David Neres li fetaħ l-iskor fid-39 minuta meta b’xutt mill-isbaħ mid-distanza għeleb lill-goalkeeper Vanja Milinkovic Savic għal 1-0. Fis-57 minuta reġa’ għal darb’oħra kien David Neres li din id-darba approfitta fuq inċertezz fid-difiża ta’ Bologna u bil-kalma kollha qabbeż minn fuq il-goalkeeper u prattikament għalaq il-partita f’Riyadh fl-Arabja Sawdija.