Sport

National Christmas Trophy tal-Malta Blackball Federation

Tim A Ħamrun 147 rebħu n-National Christmas Trophy tal-Malta Blackball Federation meta fil-finali għelbu lil Tim A Qormi Pinto 11-9.

Kienet finali mill-isbaħ fejn kienu Ħamrun li fetħu vantaġġ inizzjali ta’ 4-1 sa tmiem l-ewwel sessjoni.

Minkejja dan, fit-tielet sessjoni Qormi wettqu reazzjoni u marru saħansitra 8-7 fil-vantaġġ. Ħamrun iżda fl-aħħar parti tal-finali rebħu l-erba’ frames deċiżivi biex għalqu 11 – 9 .

Dan kien it-tieni suċċess għal dan il-klabb hekk kif aktar qabel, Tim B Ħamrun 147 rebħu r-Regional Christmas Trophy.

Tim A Ħamrun 147  lagħbu b’Leon Azzopardi, Dejan Grech, Owen Amato, Philip Coleiro, Stephen Mangion bil-kowċ li kien Clayton Castaldi.

Tim A Qormi Pinto kellhom lil Clint Azzopardi, Dylan Cassar, Mevrick Zammit, Troy Zammit, Lydan Debono, Ivan Rizzo, Glenn Axiaq u Joseph Fiteni bil-kowċ ikun  Malcolm Parnis.