Riżultati mill-aqwa, medalji u tliet Rekords tad-Dinja ġodda mmarkaw il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-British Rowing Indoor Championships 2025.
Il-Kontinġent Malti kien, magħmul minn qaddiefa mis-Siġġiewi Rowing Club (Daniela Borg, Justin John Camilleri, Leanne Xuereb Ungaro u Matthew Xuereb), University of Malta Rowing Club (Edward Grech) u Birgu Regatta Club (Clyde Cutajar), ħadu sehem fil-kompetizzjoni li saret fin-National Exhibition Centre f’Birmingham.
Daniela Cachia, PR2 Para rower ta’ Siġġiewi, rebħet medalja tad-deheb fil-PR2 Women’s 2000m u fi sprint ta’ minuta. Leanne Xuereb Ungaro, kowċ u atleta ta’ Siġġiewi, rebħet il-Bronż fil-Women’s Masters 1-Minute Super Sprint u fil-kategorija Masters Nisa 30–39 sena, temmet fis-6 post fl-2,000 metru u s-7 post fil-500 metru.
Clyde Cutajar ta’ Birgu Regatta Club rebaħ midalja tal-Bronż fil-Men’s 30–39 Open 500m Sprint u spiċċa fl-10 post fil-Men’s Masters Open 1-Minute Super Sprint. Edward Grech (University of Malta Rowing Club) u Matthew Xuereb (Siġġiewi) ukoll kisbu riżultati pożittivi.
Spikkaw ir-riżultati ta` Justin John Camilleri, Para rower ta’ Siġġiewi b’amputazzjoni ta’ driegħ fejn rebaħ it-tliet kompetizzjonijiet fil-kategorija IAR3 Para Rowing Men’s Open, u għamel tliet Rekords Dinjija ġodda fil-kategorija. Justin temm it-tiġrija prestiġjuża ta’ 2,000 metru f’7 minuti: 33.6 sekondi, qadef 1,075 metru fl-avveniment ta’ erba’ minuti, u 330 metru fi sprint ta’ minuta.
Il-Kumitat Paralimpiku Malti enfasizza li dawn ir-riżultati jirrappreżentaw pass importanti fl-iżvilupp tal-Para Rowing f’Malta fejn in-numru ta’ atleti attivi żdied għal aktar minn 15, tliet darbiet dak ta’ fl-2022.



