It-tim ta’ San Ġwann Boċċi Klabb għall-istaġun 2025/26 ġie ppreżentat b’mod uffiċjali waqt riċeviment tal-Milied. Okkażjoni speċjali għall-klabb li se jagħmel ir-ritorn tiegħu fl-għola diviżjoni tal-Boċċi f’pajjiżna għall-ewwel darba f’51 sena.
Il-klabb bħalissa għaddej minn proċess ta’ riġenerazzjoni totali, hekk kif fl-istess attività inkixfet l-arma l-ġdida tal-klabb li kienet ukoll ila 51 sena ma tinbdel. Dawn il-bosta l-inizjattivi mill-klabb juru li San Ġwann qed jieħdu r-ritorn tagħhom fl-għola diviżjoni b’serjetà kbira u se jkunu qed jimmiraw li jkunu klabb kompettiv fl-istaġun 2025/26. L-arma l-moderna kienet żvelat mill-Kappilan tal-Parroċċa, Fr. Bertrand Vella, b’ġest li jgħaqqad ukoll il-komunità ta’ San Ġwann wara t-tim u l-plejers il-ġodda li ngħaqdu mal-klabb fl-aħħar ġranet.

Il-Kappilan tal-Parroċċa Fr. Bertrand Vella flimkien mal-President ta’ San Ġwann Boċċi Klabb Iman Micallef jiżvelaw l-arma l-ġdida tal-Klabb.
Il-plejers ġodda żvelati waqt din l-attività huma dawn:
- Godfrey Sciberras
- Jonathan Mifsud
- Nathan Tabone
- Deyan Camilleri
- Francesco Roberts
- Mario Grixti
- Shawn Micallef
- Felix Magri
- George Camilleri
L-akkwisti tal-plejers ġodda, flimkien mal-iżvelar tal-arma l-ġdida jmur id f’id mal-viżjoni fit-tul li għandu l-klabb, bil-president Iman Micallef u t-tmexxija tal-klabb jistqarru li qed jimmiraw li jżommu posthom fl-għola diviżjoni għall-istaġun li ġej kif ukoll li jsir riġenerazzjoni tal-pitch u jsir tibdil sħiħ fis-sistema tad-dawl u injam li jdur madwar il-pitch, biex eventwalment is-sena ta’ wara jinbidlu ukoll is-seats flimkien mal-wiċċ tal-pitch.

L-unuri mirbuħa minn San Ġwann Boċċi Klabb l-istaġun li għadda
//= $special ?>

