Sport

Senglea Gunners rebħu l-BOV 70th Anniversary Cup tal-MAFA

Senglea Gunners rebħu l-BOV 70th Anniversary Cup tal-Malta Amateur Football Association wara li għelbu lil Għaxaq Wolves bl-għoti tal-penalties fil-finali li ntlgħabet fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.

L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari kif wkoll wara l-ħin barrani kien ta’ 1-1 sabiex kellhom ikunu l-penalties li jiddeċiedu r-rebbieħ finali.

Senglea Gunners fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta meta kien Christopher Philip Balotelli li ħa ballun tajjeb mal-linja leminija u xeħet lejn Lamin Jaiteh li għeleb lil Alejandro Pineres.

Reazzjoni minn Għaxaq Wolves li fit-13-il minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn cross kien Diego Fernando Pereira li b’xutt mill-ewwel ħasad lil Yves Moto Bitseki bejn il-lasti ta’ Senglea.Bl-ewwel taqsima tintemm 1-1.

Fit-tieni taqsima, kif wkoll fil-ħin barrani l-partita baqgħet ibbilanċjata sabiex il-finali marret għall-għoti tal-penalties fejn Senglea Gunners rebħu din il-partita bi skor ta’ 4-2.

Għal Senglea Gunners skorjaw George Frendo, Lamin Jaiteh u Joshua Goku iżda falla Christoper Philip Balotelli

Għal Għaxaq Wolves skorja Ian Zammit iżda fallew Diego Fernando Pereira, Igor Misan u Thomas Veronese.

Referee tal-partita Igor Kankaras.

Fi tmiem il-partita il-Kap Eżekuttiv ta’ BOV Ernest Agius ,l-ogħla uffiċjali tal-Malta Amateur Football Association u l-viċi-presidenti tal-MFA Trustin Farrugia Cann u Adrian Casha ippreżentaw it-tazza lill-captain ta’ Senglea Gunners Stephane Moto Bitseki.

Senglea Gunners rebħu l-BOV 70th Anniversary Cup tal-Malta Amateur Football Association wara li għelbu lil Għaxaq Wolves bl-għoti tal-penalties fil-finali li ntlagħbet fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.

L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari kif ukoll wara l-ħin barrani kien ta’ 1-1 sabiex kellhom ikunu l-penalties li jiddeċiedu r-rebbieħ finali.

Senglea Gunners fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta meta kien Christopher Philip Balotelli li ħa ballun tajjeb mal-linja leminija u xeħet lejn Lamin Jaiteh li għeleb lil Alejandro Pineres.

Reazzjoni minn Għaxaq Wolves li fit-13-il minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn cross kien Diego Fernando Pereira li b’xutt mill-ewwel ħasad lil Yves Moto Bitseki bejn il-lasti ta’ Senglea. Bl-ewwel taqsima tintemm 1-1.

Fit-tieni taqsima, kif ukoll fil-ħin barrani l-partita baqgħet ibbilanċjata sabiex il-finali marret għall-għoti tal-penalties fejn Senglea Gunners rebħu din il-partita bi skor ta’ 4-2.

Għal Senglea Gunners skorjaw George Frendo, Lamin Jaiteh u Joshua Goku iżda falla Christoper Philip Balotelli

Għal Għaxaq Wolves skorja Ian Zammit iżda fallew Diego Fernando Pereira, Igor Misan u Thomas Veronese.

Referee tal-partita Igor Kankaras.

Fi tmiem il-partita il-Kap Eżekuttiv ta’ BOV Ernest Agius ,l-ogħla uffiċjali tal-Malta Amateur Football Association u l-Viċi Presidenti tal-MFA Trustin Farrugia Cann u Adrian Casha ppreżentaw it-tazza lill-captain ta’ Senglea Gunners Stephane Moto Bitseki.