Hekk kif tlett ijiem oħra niċċelebraw il-Milied u dalwaqt nagħtu bidu għal sena ġdida, ħafna qed isegwu b’attenzjoni t-tbassir tat-temp sabiex ikunu jistgħu jippjanaw dawn il-ġranet ta’ festi mal-familja u l-ħbieb.
U skont l-aħħar tbassir, l-Uffiċċju Meteoroloġiku qiegħed jindika li se jkollna temp kiesaħ għal dan iż-żmien tas-sena.
Lejlet il-Milied mistenni jkun ftit imsaħħab, iżda mhi mbassra l-ebda xita; b’kesħa ħafifa li tinħass matul il-biċċa l-kbira tal-ġurnata.
Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru, f’jum il-Milied, mistennija tkun l-aktar ġurnata kiesħa għal din il-ġimgħa, b’kundizzjonijiet instabbli u ħalbiet ta’ xita li lokalment jistgħu jkunu bir-ragħad. It-temperatura massima mistennija tilħaq 17-il grad, filwaqt li l-inqas temperatura tinżel sa 11-il grad – illi jfisser li xorta mhux se tkun kesħa eżaġerata filgħaxijiet.
Ir-riħ mistenni jkun ġej min-nofsinhar għall-Punent b’Forza 4 sa 5, u aktar tard matul il-ġurnata jerġa’ jonqos għal Forza 4.
Matul il-jiem ta’ qabel u wara l-Milied – it-Tlieta, il-Ġimgħa u s-Sibt, hemm possibbiltà ta’ ħarbiet ta’ xita, b’temp li jibqa’ kemm xejn kiesaħ u varjabbli; tipiku għal dan iż-żmien tas-sena.
Minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp, dawn il-ġranet dejjem iġibu magħhom atmosfera mill-isbaħ. U dawn il-jiem huma ideali biex wieħed igawdi l-festi mdawwar mal-familja u n-nies qrib tiegħu.
//= $special ?>
