Tifel ta’ 5 snin, sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’Ħal-Qormi.
L-inċident seħħ għal xi s-0730, fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, meta għal xi raġuni l-vittma tifel ta’ ħames snin intlaqat minn Toyota IQ, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena u residenti Wied il-Għajn.
It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>

