Il-25 edizzjoni attirat baħħara minn 39 pajjiż, b’parteċipanti saħansitra minn Singapore, l-Awstralja u l-Arġentina, apparti dawk minn pajjiżi Ewropej. L-interess lokali kien kbir fejn kull klabb Malti kien rappreżentat.
Il-kundizzjonijiet tat-temp fl-aħħar jum kienu diffiċli, b’xita qliel u riħ dgħajjef ħafna li ma ppermettewx li jsiru tlielaq.
Fil-Klassi Optimist, Mihael Zobec mis-Slovenja kiseb ir-rebħa ġenerali fuq Andrea Demurtas tal-Italja u Nathan Montebello temm fuq it-tielet post wara avvanz tajjeb fil-klassifika, fejn għeleb parteċipanti ta’ livell għoli bħal Margeaux Nguyen Minh (HKG) u Carl Bigersson (DEN).
Il-Klassi Optimist Beginners rat lil Lea Salikova mill-Iżvizzera tirbaħ fuq il-Malti Thomas Zapucioiu, filwaqt li Aidan Saliba kiseb it-tielet post.
Fil-Klassi ILCA 4, fil-klassifiki finali Tiago Cheng De Villemor Salgado ta’ Hong Kong rebaħ b’distakk komdu fuq Timothy De Cesare, Oleksandr Bolsunovskyi ta’ Ċipru u Emily Fenech fir-raba’ post overall u rebħet il-klassifika tan-nisa.
Fil-Klassi ILCA 6 Carys Attwell tar-Renju Unit rebħet fuq Pietro Colazzo tal-Italja, bil-Malti Timmy Vassallo fit-tielet post.
Fil-flotta ILCA 7, il-baħħar ibbażat f’Malta Tomek Vaccaro rebaħ fuq Fiachra McDonnell tal-Irlanda u Jeremy Moutout ta’ Monaco’ filwaqt li Matthew Flores spiċċa fis-sitt post.
//= $special ?>

