Sport

Unuri lill-Weightlifters

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting organizzat iċ-Ċerimonja Annwali ta’ għotja tal-Premjijiet. Avveniment ta’ ċelebrazzjoni ta’ eċċellenza u dedikazzjoni lil weightlifters li kellhom suċċess fl-2025, u li rrikonoxxa l-isforzi bla heda u l-kisbiet notevoli tagħhom.

L-ogħla unur tal-avveniment kien id-Diamond Trophy li ngħata lil  Tenishia Thornton  għall-prestazzjonijiet eċċellenti tagħha fl-2025. Il-Premju Platinum ingħata lil Kim Camilleri Lagana  u l-Premju tad-Deheb ingħata lil Nathan Mifsud. Il-Premju tal-Fidda ngħata lil Aaliyah Gatt u l-Premju tal-Bronż lil Rylee Borg.

Il-Premju għall-kisba  tal-aktar rekords nazzjonali ingħata lil Nathan Mifsud, b’Rylee  Borg  fit-tieni post qabel  Tenishia Thornton . Il-Premju għall-Atleti li wettqu titjib ingħata lil Mia Sant  u  Gabriele Frendo.

Nathaniel Fenech  ingħata l-Premju bħala l-aktar weightlifter li jipprometti, filwaqt li Emily Livori u Luke Micallef  rebħu t-titlu tal-Aktar Atleti ġodda li wettqu titjib. Luke Treeby Ward ingħata l-premju ta’ rikonoxximent għall-impenn tiegħu fit-titjib tal-weightlifting lokali.

Il-premjijiet ingħataw mill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting,  Jesmond Caruana li enfasizza s-sinifikat tar-rikonoxximenti għall-impenn bla heda tal-weightlifters u tad-dedikazzjoni li juru fejn huma jimbuttaw lilhom infushom mhux biss għar-riżultati personali iżda għas-sodisfazzjoni li jirrappreżentaw lil Malta fix-xena internazzjonali.