Il-kowċ Olandiż ta’ Liverpool Arne Slot ikkonferma li l-attakkant Żvediż Alexander Isak se jkun barra mill-azzjoni għal diversi xhur wara li kiser siequ f’konfront dirett mad-difensur ta’ Tottenham Micky Van de
Ven.
Dan il-konfront seħħ is-Sibt li għadda meta Liverpool għelbu lit-tim ta’ Tottenham, bl-iskor
ta’ 2-1, b’Isak jiftaħ l-iskor tal-logħba, iżda Isak iweġġa’ serjament propju f’din l-azzjoni.
Fi stqarrija uffiċjali, Liverpool qalu li Isak kellu jagħmel operazzjoni, wara li dan il-konfront affettwatlu l-għaksa.
Il-kowċ Slot iddeskriva dan il-konfront bħala waħda naċċettabbli, u saħaq li din it-tackle ta’
Van de Ven ġġor riskju serju ta’injury.
Min-naħa tiegħu, il-kowċ ta’ Tottenham Thomas Frank ma qabilx ma’ dak li qal Slot, u qal li Van de Ven huwa difensur ġust u kompettiv, u li dan il-kuntatt kien parti minn azzjoni difensiva biex jipprevjeni lil Tottenham milli jsofru gowl ieħor.
L-eks difensur ta’ Liverpool Jamie Carragher qal li l-injury ta’ Isak hija daqqa kbira għal
Liverpool, iżda ametta li t-tackle kienet waħda li ħafna difensuri jagħmlu f’dik is-sitwazzjoni, u li din it-tackle kienet riżultat ta’ xorti ħażina aktar milli intenzjoni ħażina.
Skont analiżi regolatorja, dan il-konfront jidher illi kienet waħda aċċidentali waqt tentattiv leġittimu biex jiġi mblukkat ix-xutt, speċjalment peress li Van de Ven ma marx direttament fuq sieq l-attakkant iżda fuq l-ispazju ta’ quddiemu.
Intant, in-nuqqas ta’ Isak tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni offensiva ta’ Liverpool, b’Mohammed Salah nieqes ukoll minħabba t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.
Madankollu, Slot esprima li Isak jista’ jerġa jkun plejer importanti lejn tmiem l-istaġun, iżda ma tax indikazzjoni meta se jerġa’ jirritorna Isak.
Isak ta’ 26 sena ma tantx kellu staġun pożittiv s’issa minn meta ngħaqad ma’ Liverpool mingħand Newcastle


