L-għaqda Din l-Art Ħelwa kitbet uffiċjalment lill-Prim Ministru Robert Abela biex tieħu f’idejha l-Forti Tignè f’Tas-Sliema. Dan wara li riċentament sar magħruf li dan il-post storiku se jbiddel l-idejn.
Din l-Art Ħelwa qed tinsisti mal-Gvern li lesta ssib soluzzjoni vijabbli. Mhux hekk biss, iżda trid li tibiddel il-post f’ċentru kulturali u edukattiv li jkun aċċessibbli għal kulħadd.
L-għaqda qalet li kitbet uffiċjalment lill-Prim Ministru fid-19 ta’ Diċmebru, iżda sa issa minn naħa ta’ Kastilja ma kien hemm ebda tweġiba.
Il-kontroversja dwar il-Fort Tignè faqqgħet fl-aħħar ġimgħat wara li sar magħruf li sar konvenju biex il-post jgħaddi għand propjetarji ġodda u jsir żvilupp kummerċjali. Dan ir-rapporti ġew deskritti minn Din l-Art Ħelwa bħala “allarmanti”.
Għalhekk, Din l-Art Ħelwa tinsab kommessa li toffri proposta finanzjarja b’saħħitha biex dan il-forti jibqa’ tan-nies.
Intant, l-għaqda qed tistenna wkoll li tiltaqa’ b’urġenza mal-Prim Ministru.
//= $special ?>

