Stqarrija mill-Kap tal-PN Alex Borg
Nemmen li l-Forti ta’ Tigne huwa patrimonju nazzjonali li għandu jitgawda minn kulħadd.
Iż-żona ta’ Tigné ma għadhiex iż-żona ta’ 25 sena ilu, żona li kienet fi stat ta’ abbandun u telqa.
Illum storja oħra. Hemm żmien u post għal kollox.
Għalhekk nemmen li, fil-kuntest fejn irridu iktar spazji miftuħa, spazji li huma pubbliċi u li jitgawdew minn kulħadd, ikun xieraq li l-Gvern jintervjeni skont l-obbligi kummerċjali kollha u jrodd lura dan il-wirt storiku lill-pubbliku.
Ħa nkun ċar: dak li hu dritt tal-privat għandu jingħata lill-privat.
Minn hawn nistqarr li, jekk kemm-il darba l-Gvern jieħu passi skont l-obbligi kummerċjali sabiex il-Forti tintradd lura lill-pubbliku, sejjer isib l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.
Ejja nimxu u nħarsu ’l quddiem u ningħaqdu għal għan wieħed u nroddu wirtna lura lill-Maltin u l-Għawdxin biex dan ukoll jitgawda minn uliedna.
//= $special ?>

