Qabel il-bejgħ lill-privat, iddiskutejna bil-qawwi li Forti Tignè jiġi ritornat lill-Gvern. It-trasferiment tal-Forti lil Joseph Portelli huwa skont il-kunsens tal-Gvern.
Sostniet dan fi stqarrija l-kumpanija MIDI wara li ftit tas-sigħat qabel il-Prim Ministru Robert Abela indika li kien kontra dan it-trasferiment u saħansitra ddeskriva dan kollu bħala oxxen.
Madanakollu fl-istqarrija, MIDI insistiet li t-trasferiment ma seta qatt isir mingħajr il-kunsens tal-Gvern, fejn għaldaqstant meriet b’mod assolut dak li prova jpinġi b’diskorsu mal-ġurnalisti Robert Abela – fejn saħansitra qal li se jagħmel minn kollox biex jipproteġi l-interess nazzjonali.
MIDI saħqet li qabel ma bdiet tfittex investituri privati, għamlet diskussjonijiet twal ma’ Heritage Malta u l-Gvern innifsu sabiex il-Forti jingħata lura lill-Gvern innifsu madanakollu spjegat li l-bejgħ għadu suġġett għad-deċiżjoni tal-Gvern u dan jista’ jiġi ritornat għandu.
Fatt li qed jisħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg insista li jkun xieraq li l-Gvern jintervjeni skont l-obbligi kummerċjali kollha u jrodd lura dan il-wirt storiku lill-pubbliku.
Huwa saħaq li kemm-il darba l-Gvern jieħu passi skont l-obbligi kummerċjali sabiex il-Forsti jintradd lura lill-pubbliku, sejjer isib l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.
Għaldaqstant, l-istqarrija tal-MIDI turi biċ-ċar kif il-Prim Ministru Robert Abela sfortuntament ittanta jqarraq u jgħawweġ in-narrattiva kif xtaq hu.
//= $special ?>

