Lokali

Il-President iżżur l-aħħar preparamenti qabel l-“Istrina”

Ritratt: Martin Agius

“L-għada tal-Milied aħsbu f’dawk li l-Milied iġbilhom dmugħ f’għajnejhom u mhux dmugħ ta’ ferħ.”

Kien dan il-messaġġ li għaddiet il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, waqt li żaret l-aħħar preparamenti għal “L-Istrina”, li se terġa’ ssir f’Ħal Kirkop – l-avveniment annwali ta’ solidarjeta nazzjonali li jsir l-għada tal-Milied.

Matul din iż-żjara, Il-President Myriam Spiteri iltaqgħet mal-ħaddiema filwaqt li l-organizzaturi ta’ din il-Maratona Ġbir ta’ Fondi spjegawla it-tqassim tas-set-up – inkluż iż-żoni tal-launch u ċ-ċekkijiet, il-pledges, telephones kif ukoll il-panel fejn ser ikunu qed isiru l-intervisti.

F’kummenti lil Net News il-President ta’ Malta, appellat lil poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex jikkontribwixxi billi jkun ġeneruż u jagħti d-donazzjonijiet tiegħu li kollha se jmorru għal għan nobbli.

Il-President ta’ Malta temmet b’ringrazzjament, lill- ħaddiema kollha għall-ħidma sfieqa tagħhom sabiex din is-sena bħal kull sena oħra l-Istrina terġa’ tittella b’suċċess.

L-Istrina se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom Net Television.