Beppe Galea
Is-Segretarju Internazzjonali
u Kandidat Partit Nazzjonalista
Ġimgħa jingħad li hi twila fil-politika u waqt li xejn ma jiġri b’kumbinazzjoni fil-politika, kollox hu imprevedibbli.
Alex Borg hu Kap żagħżugħ, Għawdxi dinamiku u politiku li qed joffri tama.
Tama mhux biss lin-Nazzjonalisti li jridu jaraw Partit b’saħħtu lura fit-tmexxija. Imma tama u kuraġġ lil dawk il-Maltin u l-Għawdxin kollha li jemmnu li pajjiżna jixraqlu aħjar.
Ċittadini onesti li ma qatgħux qalbhom milli jaraw direzzjoni ġdida għal gżiritna fejn l-ambjent jista’ jerġa jingħata prijorità, fejn il-governanza tajba ma tiqafx biss ma’ xi canvasser ta’ Ministru u li l-aspirazzjonijiet tal-ħajja lejn l-eċċellenza ma jitwettqux biss jekk tagħti donazzjoni lill-partit fil-gvern.
Alex Borg, bi stil frisk, kariżma kbira u tmexxija li qed tħalli l-frott qed juri bi sħiħ x’tim u xi stil irid biex jitmexxa pajjiżna.
L-entużjażmu qiegħed ikompli jikber, minn dan il-mument issa nqabad momentum u f’jum wara ieħor qed naraw mhux biss Kap li qed jikber fil-profil imma li Kap li qed ikabbar partit b’eżempju, b’dedikazzjoni u b’direzzjoni ċara lejn rebħa elettorali.
Il-futur sabiħ għalina. Jum wara jum inkompli pass, pass b’ħidmieti mill-qrib kemm tal-Kap u ta’ kull Għawdxi li jrid ikompli jimxi din il-mixja pożittiva għal pajjiżna, għalina u għal uliedna.
Dan l-artiklu deher f’ Il-Mument tal-Ħadd 21 ta’ Diċembru, 2025.
//= $special ?>

