Futbol Sport

Rebħa għal Fulham

Fulham    1         Nottingham Forest   0

Fl-aħħar partita mis-17 il-ġurnata tal-kampjonat Premier. Gowl minn penalty eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima biżżejjed għal Fulham biex kisbu s-seba’ rebħa fil-kampjonat u telgħu fit-13-il post bi 23 punt flimkien ma’ Brentford u Newcastle United. Għal kuntrarju Nottingham Forest sofrew id-9 telfa biex niżlu fis-17-il post bi 18-il punt.

Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima. F’mument meta deher li l-ewwel taqsima se tintemm 0 – 0 fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud foul fil-kaxxa minn Douglas Luiz fuq Kevin. Anthony Taylor ikkonsulta l-VAR u saffar penalty għal Fulham b’RAUL JIMENEZ jegħleb lil John Victor.

L-andament matul it-tieni taqsima ftit li xejn inbidel fejn f’mumenti l-partita kienet pjuttost karatterizzata b’azzjonijiet fallużi b’Anthony Taylor kostrett jammonixxi xejn anqas minn disa’ players miż-żewġ timijiet.