Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Fgura

Sewwieq ta’ mutur minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart tat-Tlieta filgħodu fi Vjal il-Kottoner, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq miż-Żabbari ta’ 70 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 53 sena miż-Żejtun.

Fil-post wasal minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.