Lokali Qorti

Xokkanti: Disa’ snin ħabs għal għalliem fuq reati sesswali fuq l-istudenti tiegħu

Storja xokkanti b’xhieda mogħtija bil-magħluq u li iżda s-sentenza tagħha li ngħatat ftit tal-ġimgħat ilu u li issa hija waħda pubblika fejn il-Qorti kienet ċara u ferm stretta meta ppubblikata: disa’ snin ħabs għal għalliem ta’ 58 sena – li nstab ħati ta’ reati sesswali serji fuq l-istudenti tiegħu.

Carmel Agius instab ħati li b’għemil żieni, ikkorrompa diversi tfajliet bniet taħt l-età u li wħud minnhom kellhom dak ikż-żmien bejn l-10 u 12-il sena. Huwa nstab ħati li fi Frar u x-xhur ta’ qabel tas-sena 2020, ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ persuni taħt l-età u dan meta l-istess minuri ġew fdati lilu sabiex jieħu ħsiebhom, jedukahom,
jgħallimhom u jindukrahom. Instab ħati wkoll li kkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens.

Instab ħati wkoll li offenda il-pudur jew il-morali b’għemil li sar f’post pubbliku jew f’post espost għall-pubbliku u li fuq uħud mill-vittmi ssoġġettahom – għal xi att u, jew imġiba li jkollhom konnotazzjonijiet sesswali, inkluzi kliem bil-fomm, mossi u, jew għemil, il-wiri jew iċ-ċirkolazzjoni ta’ kliem, stampi, u materjal ieħor, b’imġiba mhux mixtieqa.

Il-każ kien imxerred fuq snin ta’ investigazzjoni u xhieda estensiva li wrew kif il-persuna ta’ fiduċja professjonali wettqet reati fuq studenti minorenni u vulnerabbli fil-periklu. Carmel Agius, għalliem tal-arti fi skola fil-Fgura dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet li saru fuqu, iżda minn dak li semgħet il-Qorti rriżulta li x-xhieda kienu ta’ prova biżżejjed biex tinstab ħtija fuq l-għalliem.

Il-Qorti qalet li x-xhieda tal-vittmi, kollha minuri, kienet traġika u dettaljata. Kienu jirrakkontaw kif il-lezzjonijiet tal-arti, li kellhom jibqgħu post ta’ tagħlim u espressjoni kreattiva, saru sfond għal mġiba mhux xierqa. Il-ħbieb tagħhom u l-familji kienu xxokkjati meta skoprew li dak li kien jidher bħala mentor u edukatur kien qed juża l-pożizzjoni tiegħu biex jimmanipola u jikkontrolla lit-tfal.

L-istudenti kkonfermaw li l-għalliem kien juża gesti u kontatti mhux adattati, kif ukoll pressjoni psikoloġika, biex iżommhom siekta. Kien hemm ukoll apparat tas-sigurtà fil-postijiet fejn kienu jsiru l-lezzjonijiet, u l-pulizija esperta identifikat li dawn kienu installati mill-imputat, iżda mhux bi skop ta’ protezzjoni; minflok, kienu parti mill-metodu tiegħu biex jimmanipola l-ambjent u jżomm kontroll fuq it-tfal.

Ġenituri jgħidu kif uliedhom spiċċaw anzjużi u konfużi

Ix-xhieda tal-ġenituri kienet eċċessiva, jirrakkontaw il-kummenti, il-ħsieb u l-ħsibijiet tat-tfal dwar kif kienu qed iħossu f’dawk il-lezzjonijiet. Il-vittmi spjegaw kif bdew isibu ruħhom anzjużi, konfużi, u anke bil-biża’ li jkomplu fil-klassi. Xi wħud bdew jitilfu l-interess f’attivitajiet li qabel kienu jħobbuhom, waqt li oħrajn irrifjutaw il-lezzjonijiet kollha.

Il-Qorti semgħet ukoll xhieda minn esperti psikoloġiċi li kkonfermaw li l-imġiba tal-imputat kienet kkawżat trażżin emozzjonali u ansjetà profondi fi ħdan il-vittmi, li jistgħu jħossu għal snin. Ix-xhieda tal-pulizija, inkluż rapporti dettaljati u evidenza elettronika, wrew il-modi konkreti kif il-każ ġie investigat u kif l-imputat kien ikun perfettament infurmatli l-azzjoni tiegħu kienet kriminali u mhux aċċettabbli.

Fil-ħin tal-imposizzjoni tal-piena, il-Qorti enfasizzat il-gravità tal-abbuż tal-fiduċja u d-dmir morali li għandu kull edukatur. “Disa’ snin priġunerija kienet meħtieġa mhux biss għar-reati kkummessi, iżda wkoll biex tibgħat messaġġ ta’ deterrent għall-edukaturi kollha: il-protezzjoni tal-minuri hija assolutament l-iktar importanti,” qalet il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Fl-awla kien hemm solvejv meta s-sentenza ġiet imħabbra, u l-ġenituri u l-membri tal-familha preżenti ħassew mistura ta’ aljev għal ħasra li saret u għall-ħin u l-enerġija li t-tfal tagħhom kellhom jitilfu u l-ansjetà li kienu għaddew minnha.

Il-Qorti qieset l-imġiba tiegħu bħala ksur gravi tal-fiduċja u responsabbiltà morali li għandu edukatur lejn il-minuri li kellu taħt il-ħarsien tiegħu. Ix-xhieda li ġew preżentati fil-Qorti wrew li l-imputat, fil-pretest ta’ lezzjonijiet tal-arti, kien jagħmel atti inapproprjati u kaxkru lill-istudenti fi sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà.

Il-vittmi, minuri ta’ età differenti, kkonfermaw li dan sar b’mod ripetut u fuq perjodu ta’ żmien, filwaqt li l-imputat kien juża l-pożizzjoni tiegħu biex jimmanipola u jħalli pressjoni fuqhom biex ma jitkellmux. Minkejja l-preżentazzjoni tad-difiża, li enfasizzat is-suċċess professjonali tal-imputat u l-karattru tiegħu, il-Qorti kkonkludiet li l-ħtija kienet ippruvata lil hinn minn kull dubju raġonevoli.

Meta ġiet biex tiddeċiedi dwar il-piena, il-Qorti qalet li kellha tibbilanċja d-drittijiet tal-imputat mal-ħtieġa li tipproteġi l-istudenti u tibgħat messaġġ ta’ deterrent għall-edukaturi kollha. Għalhekk, iddeċidiet li timponi disa’ snin priġunerija effettiva, kif ukoll ordnat miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tal-istudenti u l-familji tagħhom.

Każ ta’ gravità partikolari

Il-Qorti qieset il-każ bħala wieħed ta’ gravità partikolari, mhux biss minħabba n-natura tar-reati, iżda wkoll minħabba r-responsabbiltà morali u edukattiva li suppost iġorr persuna f’din il-professjoni. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li l-imġiba tal-imputat kienet waħda li ħalliet konsegwenzi serji fuq il-vittmi u li ma setgħetx tiġi injorata jew minimizzata. Ġie nnutat li l-każ seħħ fuq perjodu ta’ żmien u li l-provi ppreżentati mill-prosekuzzjoni kienu konsistenti u kredibbli.

Minkejja s-sottomissjonijiet tad-difiża, il-Qorti kkonkludiet li l-ħtija kienet ippruvata lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Il-każ qajjem reazzjoni wiesgħa u qed jitqies bħala wieħed li jiftaħ kapitlu ġdid fid-diskussjoni dwar ir-responsabbiltajiet tal-edukaturi u l-protezzjoni tal-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà.

Il-Maġistrat Claire L. Stafrace Zammit semgħet u eżaminat b’mod estensiv il-kawża kriminali kontra Carmel Agius, għalliem tal-arti u sid tal-Agius Art School fil-Fgura, li kien akkużat b’serje ta’ reati serji ta’ natura sesswali kontra diversi studenti minorenni tiegħu.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Roxanne Tabone u Hubert Cini, li allegaw li matul ix-xahar ta’ Frar 2020 u xhur ta’ qabel, l-imputat wettaq atti ta’ korruzzjoni ta’ minorenni, attivitajiet sesswali ma’ persuni taħt l-età, atti sesswali mingħajr kunsens, offiża kontra l-pudur u l-morali pubblika, kif ukoll fastidju sesswali, kollha fil-konfront ta’ tfal li kienu fdati lilu bħala għalliem.

L-allegazzjonijiet

Skont l-akkużi, l-atti seħħew fil-garaxx taħt ir-residenza tal-imputat fejn kien jagħti lezzjonijiet privati tal-arti. Il-minuri allegaw li Agius kien:

  • jagħmel mossi sesswali bl-ilsien u x-xufftejn u ħarsiet insistenti;
  • imissilhom koxxtejhom, widnejhom u partijiet intimi minn taħt il-mejda;
  • jipprova jew idaħħal idejh fil-qalziet ta’ taħt;
  • jitlob lil xi studenti joqogħdu f’postijiet speċifiċi li ma kinux jinqabdu mill-kameras tas-sigurtà.

Ġie allegat ukoll li dawn l-atti kienu jsiru waqt il-lezzjonijiet, b’mod ripetut, u li l-minuri kienu jħossuhom skomdi, mbeżżgħin u mħassba iżda ma tkellmux minnufih minħabba l-biża’ jew għax emmnu li l-futur tagħhom fl-arti kien jiddependi mill-imputat.

Ix-xhieda tal-minuri

Il-Qorti semgħet numru kbir ta’ minorenni permezz ta’ sistema awdjo-viżiva. Dawn taw xhieda konsistenti u dettaljata dwar l-imġiba tal-imputat, inkluż kif kien joqgħod bilqiegħda ħdejhom, imisshom minn taħt il-mejda, jew joqgħod jilgħab b’ilsienu waqt li jħares direttament lejhom.

Uħud mill-minuri rrakkontaw kif kienu jippruvaw jipproteġu lilhom infushom billi jissikkaw il-ħwejjeġ jew jibqgħu mwaħħlin mas-siġġu, filwaqt li oħrajn spjegaw kif il-biża’ u l-istress wassluhom biex jitilfu l-interess fl-arti jew jiżviluppaw problemi emozzjonali.

Kien anke jmur hdejn waħda mill-minuri taparsi biex juriha xi haga u fejn dan kien idaħħal idejh ġol qalziet tagħha fuq il-qalziet ta’ taht u jmissilha l-parti privata tagħha. Tifla oħra kkonfermat li l-imputat kien jgħidilha biex tpoġġi fuqu mbagħad kien ipoġġi jdejh fuq saqajha jew madwar qadda.

Hija tgħid li kienet tkun skomda ħafna fejn darba minnhom kien staqsiha biex tagħmel l-istess din irrifjutat imbagħad ma reġax qallha biex tmur fuqu. Minuri oħra, ikkonfermat illi l-imputat kien joħdilha l-lapes imbagħad meta kienet tmur biex tieħdu dan kien irossha mal-mejda fejn dawn kienu jiġu jħarsu lejn xulxin.

Tifla oħra ta’ 10 snin kien ġiet ukoll mitkellma mill-Pulizija wara li din ippostjat fuq Tik Tok fejn tgħid illi hija kienet se tkun vittma tal-imputat meta dan kien ipprova jmissilha saqajha izda peress li hija kienet waqfitlu, dan ma reġax ipprova.

L-imputat ġie interrogat fejn kien preċedentement tkellem mal-avukat Chris Frendo fejn dan innega kollox u minflok ikkonċentra fuq il-każ, dan beda jdawwar id-diskors fuq is-suċċess tal-iskola tiegħu.
Il-kuntistabbli Joanna Borg sostniet illi kienu għamlu eżercizzju fejn aċċedew fis-sit fejn kienu jsiru l-lezzjonijiet u peress illi ġewwa kien mgħammar b’kameras tas-sigurtà bdew ipoġġu fil-postijiet fejn kien jindikalhom l-imputat li kienu jpoġġu dawn it-tfal fejn indunaw li l-kamera ma bdietx tolqothom jew parti minnhom biss.

Fl-istess xehdet ukoll tifla ta’ 12-il sena, fejn din ikkonfermat li kienet damet tattendi l-lezzjonijiet tal-arti tal-imputat għal madwar erba’ snin. Tgħid illi l-imputat kien idaħħal idejh fil-qalziet tagħha u jmissha fuq il-panty meta hija kienet tkun bilqiegħda mal-mejda tal-klassi.

Dan kien isir billi hu kien isaqsiha biex tersaqlu biex imbagħad joqghod bilqiegħda hdejha fuq l-istess siġġu li tkun hi. A rigward fejn kienet tpoġġi din tghid illi kien hemm mejda twila fejn kien ikun hemm erba’ siġġijiet fuq kull naha tal-mejda u hi kienet tkun fuq is-siġġu vicin tal-bieb tal-garaxx fuq ix-xellug.

Hija kkonfermat li l-imputat kien jgġidilha fuq liema siġġu kellha tpoġġi. Tgħid illi meta kienet tpoġġi
minn jeddha xi kultant kien jgħidilha biex tbiddel il-post u xi daqqiet oħra kien jgħidilha biex tibqa’ hemm. Tgħid illi l-mamà tagħha saret taf b’dan kollu għaliex darba minnhom qalet lil ommha sabiex ittiha jeans issikkat u ċinturin u meta ommha staqsitha r-raġuni, hi qaltilha li ma kinitx trid lill-għalliem biex idaħħal idejh u jsibha diffiċli.

Il-minuri spjegat ukoll illi apparti dan, l-imputat kien joqgħod idawwar ilsienu meta hi kienet tkun bilwieqfa. Dan kien ukoll joqghod iħares lejn persuntha minn fuq ghal isfel meta din tkun għadha bilwieqfa.

Meta il-minuri kienet qiegħda tiddeskrivi l-klassi kkonfermat ukoll il-preżenza ta’ kamera tas-sigurtà li kienet tinsab faċċata tal-bieb tal-garaxx. Il-minuri kkonfermat ukoll illi dawn l-affarijiet ġraw
ħafna drabi u li kienet thossha stramba ħafna u minħabba f’hekk kienet tagħfas mas-siġġu.

Tgħid illi meta kien jgħaddi minn warajha l-imputat u ma kienx imissha, din kienet tieħu r-ruħ. In kontro-ezami il-minuri kkonfermat illi waqt il-lezzjonijiet ġieli l-imputat kien jagħmlilhom xi logħob fejn min jirbaħ kien jiehu xi ħaġa bħal biro.

Hi tiddeskrivi li l-imputat kien idaħħal idejh ix-xellugija għaliex bil-leminija hu jkun qed jgħinha tpinġi meta jkun bilqiegħda fuq l-istess siġġu tagħha. Xehdet minuri oħra- li kienet ukoll tattendi dawn il-lezzjonijiet tal-arti fejn ghall-ewwel kienet tmur kull nhar ta’ Ġimgha, imbagħad meta kibret ftit bdiet tmur
kull nhar ta’ Ħamis.

Tghid illi l-imputat kien messha fuq kuxxtejha fejn kien ġie ħdejha bilqiegħda biex jgħinha u mbagħad tefa’ idu fuq kuxxtejha u għafasha u kellu ċerta tbissima fuq wiċċu. Din tgħid illi nehhietlu jdejh bil-mod
imbagħad hu mar ħdejn xi ħaddiehor.

Il-minuri stqarret ukoll illi xi kultant l-imputat kien joħdilha l-lapes biex imbagħad ikollha tiġġebbed sabiex teħodulu u hu kien qisu jidħak. Kien ukoll jilgħaq xofftejh waqt li kien ikun iħares lejha xi ħaga li kienet taraha stramba għaliex l-ebda għalliem ma kien jagħmel hekk.

Ix-xhieda tal-ġenituri u professjonisti

Ġenituri ta’ diversi vittmi xehdu dwar bidliet fl-imġiba ta’ wliedhom, inkluż ansjetà, insigurtà, problemi fl-irqad u biża’ minn adulti, b’mod partikolari rġiel. Xi ommijiet irrakkontaw kif it-tfal tagħhom talbuhom jilbsu ħwejjeġ issikkati jew cinturin biex jipprevjenu lill-imputat milli jmisshom.

Xehdu wkoll counsellors u għalliema li kkonfermaw bidliet sinifikanti fil-karattru u fl-istat emozzjonali tal-minuri wara l-allegati episodji.

L-investigazzjoni u l-provi

L-investigazzjoni tal-pulizija inkludiet:

  • tfittxija fil-garaxx tal-imputat;
  • eżerċizzji fuq il-pożizzjoni tas-siġġijiet u l-angolu tal-kameras tas-sigurtà;
  • elevazzjoni ta’ apparat elettroniku;
  • analiżi minn espert tal-informatika, Keith Cutajar, li sab materjal li fuq skala internazzjonali seta’ jiġi klassifikat bħala sensittiv.

Il-pulizija kkonfermat li, minkejja l-preżenza ta’ kameras, diversi postijiet fejn kienu joqogħdu l-minuri ma kinux viżibbli fir-reġistrazzjonijiet.

Id-difiża

Carmel Agius ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet kollha. Huwa sostna li l-kameras kienu installati biex jipproteġu kemm lilu kif ukoll lill-istudenti u li qatt ma għamel atti mhux xierqa. Id-difiża ressqet numru ta’ xhieda fuq il-karattru tiegħu bħala għalliem.

Il-valutazzjoni tal-Qorti

Il-Qorti tat piż qawwi lill-konsistenza u l-kongruwenza tax-xhieda tal-minuri, kif ukoll għall-konklużjonijiet tal-esperti psikjatriċi, li rrimarkaw li l-minuri kienu kapaċi jiddeskrivu l-avvenimenti b’dettall, jifhmu s-serjetà tas-sitwazzjoni u juru reazzjonijiet emozzjonali kompatibbli ma’ vittmi ta’ abbuż.

Il-Maġistrat innotat li l-imputat kien f’pożizzjoni ta’ fiduċja u awtorità fuq il-minuri, u li l-imġiba deskritta tissodisfa l-elementi legali tar-reat ta’ korruzzjoni ta’ minorenni skont l-Artikolu 203(1)(c) tal-Kodiċi Kriminali.

Il-Qorti ordnat li l-imputat huwa prevenut b’mod permanenti milli jeżercità attivitajiet professjonali li jinvolvu kuntatt dirett jew regolari mat-tfal. Inoltre ikkundannat lill-imputat għall-ispejjeż peritali
naxxenti minn dawn il-proċeduri li jammontaw għal €4,715.13.

Ordnat ukoll li l-imputat qed jitpoġġa taht Ordni ta’ Trattament għal zmien ħames snin. A rigward il-piena l-Qorti ħadet konjizzjoni tal-fatt illi l-imputat huwa għalliem, tal-età zgħira tal-minuri u tan-numru ta’ minuri involuti, tal-fatt illi r-reati addebitati lilu huma serjissimi u għandhom jiġu kkundannati bla riżerva u tal-fatt illi minflok wera rimors l-imputat ipprova jwaqqa’ t-tort kollu fuq il-minuri jew il-familjari tagħhom. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Spettur Roxanne Tabone u Hubert Cini.