Traġedja f’Ankara ħasdet il-ħajja tal-Ġeneral Libjan Mohammed Al-Haddad, li kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Forzi Armati Libjani – inċident tal-ajru li fih mietu l-passiġġieri kollha li kienu abbord dan l-ajruplan privat, u li seħħ wara t-tluq tiegħu mit-Turkija.
Abbord l-ajruplan privat Falcon 50, li kien irreġistrat Malta, kien hemm tliet membri tal-ekwipaġġ u ħames passiġġieri, fosthom Mohammed Al-Haddad.
L-ajruplan kien fi triqtu minn Ankara lejn Tripli. U l-midja Torka rrapportat li ftit wara t-tluq, il-pilota għamel talba għal inżul ta’ emerġenza – biex eventwalment il-komunikazzjoni nqatgħet għal kollox.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li nstabu kemm il-fdalijiet tal-ajruplan kif ukoll il-katavri tal-vittmi f’zona fin-nofsinhar ta’ Ankara.



