Angie Mesa Gonzalez hija l-mara Kolumbjana li tilfet ħajjtiha fl-inċident li seħħ fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu f’San Ġiljan.
Il-vittma li hija Kolumbjana ta’ 31 sena kienet qed isuq mutur u kaġun tal-inċident hija sfortunatament mietet fil-post.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3am fi Triq Mikiel Anton Vassalli. U mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Marsaskala u mutur Jupiter misjuq mill-vittma.
Il-mara minnufih ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Net News jinsab infurmat illi x’aktarx is-sewwieqa tal-mutur kienet qed issuq fil-karreġġjata l-ħażina – kontra d-direzzjoni tat-traffiku
//= $special ?>

