Internazzjonali

Donald Trump jissemma’ numru ta’ drabi f’aktar dokumenti ppubblikati b’rabta ma’ Epstein

Huwa ċar li għal Trump, l-Ewropa la għandha valur u wisq inqas importanza

Isem il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump deher aktar, fi 11,000 dokument ippubblikati mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan b’rabta mal-każ ta’ pedofelija tal-biljunarju Jeffrey Epstein.

Matul il-jum tat-Tlieta, id-DOJ ippubblika aktar minn 11,000 dokument li komplew iżidu mal-eluf ta’ dokumeti ppubblikati fl-aħħar jiem, bħala parti mill-Epstein Transparency Act.

U f’dawn id-dokumenti, Donald Trump jissemma’ numru ta’ drabi aktar minn dokumenti preċedenti. Numru minn dawn id-drabi kienu jinkludu dokumenti mill-midja, iżda anke email partikolari minn prosekutur li jindika li Trump għamel użu minn private jet ta’ Epstein.

L-email tal-prosekutur imur lura għas-sena 2020, fejn dan il-prosekutur iddikjara li rċieva provi li Trump għamel użu mill-jet ta’ Epstein minn tal-inqas 8 darbiet bejn l-1993 u l-1996. Ghislane Maxwell kienet preżenti għal nofs dawn it-titjiriet, bil-lista allegatament turi li anke t-tfal ta’ Trump kienu preżenti.

Bi Trump allegatament uża l-jet ma’ Epstein flimkien ma’ persuna li kellha 20 sena.

Għalhekk, il-Gvern stess iddikjara li dawn id-dokumenti qed jagħmlu dikjarazzjonijiet ta’ sensazzjonaliżmu u anke foloz dwar il-mexxej Amerikan.

Bħad-dokumenti preċedenti, l-aħħar dokumenti ppubblikati raw ismijiet nieqsa inkluż dawk li skont l-FBI huma mniżżlin bħala kompliċi fir-reati mwettqa.

Minn dawn l-eluf ta’ dokumenti, rapporti internazzjonali qed jagħmlu emfasi dwar email li jmur lura għas-sena 2001, bejn Ghislane Maxwell – il-mara ta’ Epstein u persuna ‘A’.

L-email juri illi persuna ‘A’, fil-ħin tal-komunikazzjoni kienet qegħdha Balmoral Summer Camp għall-Familja Rjali. B’din il-persuna partikolari tistaqsi lil Maxwell jekk din tal-aħħar sabitlux ħbieb li ma kienux xierqa għalih.

Maxwell skużat ruħha għad-diżappunt hekk kif sabitlu biss ħbieb li kienu xierqa.

L-email tal-persuna “A”, cioè minn fejn ġew dawn l-emails ma’ Ghislane Maxwell, huwa email simili ta’ email ieħor li Epstein irreġistra bħala “Duke of York” – cioè Andrew Mountbatten-Windsor, ħu r-re Charles.

Madanakollu, l-FBI juri li huma 10 li allegatament huma kompliċi ma’ Epstein, minn madwar l-Istati Uniti u li allegatament jinkludu anke l-eks Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Victoria Secret Les Wexner.